ARA: L-aktar kelb leali fid-dinja! Ma jħalli lil ħadd jersaq lejn sidu fis-sakra li kien rieqed f'nofs it-triq

  • Mej 11, 2018 14:14
  • Miktub minn iNews

    Hawn min jgħidlek li m’hawnx ħabib aħjar minn kelb. U meta tara dan il-filmat tifhem mill-ewwel x’inhi r-raġuni. Kelb tant iħobb lil sidu li ma ħalla lil ħadd jersaq lejh, anke jekk dan tant kien fis-sakra li saħansitra raqad f’nofs ta’ triq!

    Fil-filmat, li nġibed fil-Kolombja, il-kelb jidher jintefa’ għal tulu fuq ir-raġel u jerħilha jinbaħ lejn kull min ifettillu jersaq lejh.

    Il-kelb jidher jilgħaq wiċċ sidu u jdur miegħu biex jipproteġih minn kull min jipprova jersaq lejh biex jagħtih l-għajnuna.

    Saħansitra hekk kif persuna tipprova tqajjem lir-raġel biex iwarrab minn nofs it-triq il-kelb jidher jibda jinbaħ sakemm fl-aħħar mill-aħħar biegħed lill-persuna ’l bogħod minn sidu. L-istess xorti messet lil pulizija li resaq biex jipprova jqajjem lir-raġel, bil-kelb jarma jinbaħ bla waqfien sakemm il-pulizija qata’ qalbu u resaq mal-ġenb.

    Fl-aħħar mill-aħħar ir-raġel jidher jistejqer, b’persuna tneħħilu l-helmet li kien liebes sakemm il-kelb kien distratt jinbaħ lejn il-pulizija.

    Fi ftit sigħat dan il-filmat ħelu rawh eluf ta’ persuni, b’aktar minn 600,000 viżitatur f’24 siegħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0