Valletta jitilfu t-tieni leg ukoll

  • Lul 24, 2012 22:29
  • Miktub minn

    FK PARTIZAN 3 - VALLETTA 1 (Aggregate: 7-2),


    F’xita kontinwa, Valletta sfaw megħluba minn FK Partizan Belgrade bl-iskor ta’ 3-1 liema partita kienet valida mit-tieni leg tat-tieni rawnd preliminari tal-UEFA Champions League, biex l-avventura tagħhom ġiet fi tmiemha b’aggregate ta’ 2-7.


    Kienet logħba diffiċli għal Valletta meta wieħed iqis li lagħbu kontra wieħed mill-aqwa timijiet tal-Ewropa tal-lvant. L-avversarji kienu veloċi li żammew ballun fil-baxx fejn il-ħsara waslet mill-faxex laterali. Matul it-tieni taqsima, il-plejers Beltin batew xi ftit minħabba li l-pitch kien tqil kawża tax-xita li bdiet nieżla.


    Jekk wieħed iħares lejn l-istatistika, kienet evident id-differenza bejn iż-żewġ timijiet fejn Partizan kellhom 18-il xutt lejn il-lasti filwaqt li Valletta kellhom biss erbgħa. Appena għaddew ħames minuti, Partizan resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Lazar Markovic daħal fil-kaxxa u b’xutt imdawwar għeleb lill-gowlki-per Belti, Andrè Krul, iżda l-ballun ħabat mal-mimduda. Imma ħames minuti wara, NEMANJA TOMIC poġġa lis-Serbi fil-vantaġġ meta kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Sasa Markovic.

    Fit-18-il minuta, dan tal-aħħar ipprova jaħsad lil Krul b’xutt minn 35 metru bogħod iżda daqstant ieħor kien tajjeb il-gowlkiper Olandiż ta’ Valletta. It-tim immexxi minn Mark Miller rari mpenja lill-gowlkiper avversarju, Nikola Petrovic, fejn għażel li jilgħab it-tattika ta’ konteniment u jopera bil-kontrattakki. Min-naħa tas-Serbi, gawdew mill-inizjattiva u mill-pussess tal-ballun. Fit-28 minuta, it-tentattiv ta’ Lazar Markovic għadda minn fuq il-mimduda, bi Krul megħlub.
Ir-risposta Beltija kienet waħda mmedjata hekk kif assistejna għall-aħjar azzjoni b’William Barbosa jvenven xutt li ġiegħel lill-gowlkiper Serb, Nicola Petrovic, idawwar f’corner b’diffikultà kbira.

    Żewġ minuti biss wara, FK Partizan kienu sfortunati li ma rdoppjawx meta x-xutt fil-baxx ta’ Stefan Babovic, għeleb lil Andrè Krul iżda l-ballun ħabat ma’ sieq il-lasti... mexa tul il-linja fatali... ħabat ma’ sieq il-wieqfa l-oħra u nqala’ l-barra. Fil-35 minuta, is-Serbi appellaw għal penalti meta Sasa Ilic ħarab waħdu u bi Krul joħroġ biex jantiċipah, l-istess Ilic waqa’ mal-art... bir-referi Grieg, Anastasios Sidiropoulos, jurih il-karta s-safra għal simulazzjoni fost id-diżapprovazzjoni tal-partitarji numerużi Serbi.


    L-ewwel taqsima għalqet b’xutt angolat ta’ Nemanja Tomic li għadda jħakkek mal-lasta, bi Krul megħlub. U t-tieni taqsima fetħet b’lob ta’ Lazar Markovic li għadda ftit barra. Fil-55 minuta, f’attakk ta’ Valletta, l-attakkant Michael Mifsud ġie antiċipat fil-ħin minn Milos Ostojic qabel seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara. 
Iżda ħames minuti wara, l-istess MICHAEL MIFSUD żamm l-appuntament tiegħu mal-gowls wara li ġie żmarkat minn William Barbosa meta approfitta minn żball difensiv ta’ Vladimir Volkov. Dan id-draw l-Beltin damu jgawduh sitt minuti meta NEMANJA TOMIC ħasad għal kollox lil Andrè Krul minn 30 metru bogħod wara li rċieva mingħand Sasa Ilic.

    Fit-72 minuta, is-Serbi żiedu l-iskor minn rebound ta’ ALEXANDER MITROVIC wara li x-xutt ta’ Ivan Ivanov ħabat mal-wieqfa. Erba’ minuti wara, Krul salva gowl ċert fuq Sasa Mirkovic.


    FK Partizan: Nikola Petrovic, Vladimir Volkov, Nemanja Tomic (Nikola Ninkovic 76),, Stefan Scepovic (Aleksandar Mitrovic 62),, Nikola Aksentijevic, Ivan Ivanov, Sasa Markovic, Sasa Ilic, Stefan Babovic (Zvonimir Vukiv 65),, Milos Ostojic, Lazar Markovic
Valletta: Andrè Krul, Jonathan Caruana (Edmond Agius 46),, Ian Azzopardi, Steve Borg, Michael Mifsud, Roderick Briffa, William Barbosa, Riccardo Rocha, Gabriel, Denni Rocha Dos Santos (Ryan Fenech 51),, Dyson Falzon (Gilbert Agius 85),
Referi: Anastasios Sidiropoulos (Greċja),
Assistenti: Gagas Dimitrios, Damianos Efthimiadis (Greċja),
Raba’ Uffiċjal: Athanassios Giachos (Greċja),
Skorers: N. Tomic 10, 66, A. Mitrovic 72 (P),; M. Mifsud 60 (V),
Ammoniti: Gabriel (V),; S. Ilic (P),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0