Nhar il-Ħadd is-siti ta’ Heritage Malta bla ħlas

  • Apr 16, 2013 14:18
  • Miktub minn

    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha bħala l-aġenzija nazzjonali għall-mużewijiet, konservazzjoni u l-wirt kulturali, Heritage Malta, nhar il-Ħadd 21 t’ April, se tiftaħ is-siti kollha tagħha għall-pubbliku b’xejn.

    L-uniku sit li mhux inkluż f’din l-inizjattiva huwa l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba s-sensittività ta’ dan is-sit, Bl-istess mod, it-tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat se jkunu miftuħa għall-ewwel 70 persuna li jżuruhom minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni.

    Is-siti li se jkunu miftuħa huma: Il-Katakombi ta’ San Pawl, id-Domvs Romana (Rabat),, il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali (Mdina),, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkejoloġija, il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, l-Armerija tal-Palazz u s-Swali Statali (Valletta),, il-Mużew Marittimu ta’ Malta, il-Palazz tal-Inkwiżitur (Birgu),, Għar Dalam (Birżebbuġa),, it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra (Qrendi), u t-Tempji ta’ Ħal Tarxien (Tarxien), f’Malta filwaqt li f’Għawdex se jkunu miftuħa b’xejn il-Mużew tal-Arkejoloġija, Il-Mużew tal-Folklor, il-Mużew tan-Natura, il-Ħabs l-Antik (Ċittadella, Rabat),, it-tempji tal-Ġgantija u l-Mitħna Ta’ Kola (Xagħra),.

    Matul l-Open Day se jsiru numru t’attivitajiet u żjarat kulturali f’xi mużewijiet u siti kif ukoll se jitqassam xi materjal edukattiv. Numru ta’ oġġetti u pubblikazzjonijiet kif ukoll l-isħubija bħala membri ta’ Heritage Malta se jkunu qegħdin jinbiegħu bi prezzijiet imnaqqsa mis-siti u l-mużewijiet kollha.

    Din l-Open Day hija l-ewwel minn serje t’attivitajjiet u inizjattivi li Heritage Malta se tkun qegħda torganizza bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha bħala l-aġenzija nazzjonali għall-mużewijiet, il-konservazzjoni u l-wirt kulturali fl-2003.

    Heritage Malta għandha wkoll dipartiment għall-programmi edukattivi li l-iskop tiegħu hu li jkompli jeduka kemm lit-tfal kif ukoll lill-adulti fil-qasam tal-wirt kulturali. Dawn il-programmi edukattivi huma msejsa fuq il-kurrikulu nazzjonali u jindirizzaw oqsma speċifiċi ta’ studju b’forma edukattiva u fl-istess ħin divertenti.

    Heritage Malta hija wkoll kommessa li tqarreb il-kultura lejn il-poplu billi tiffaċilità l-aċċessibiltà u l-interpretazzjoni kemm b’mod fiżiku kif ukoll intellettwali. Permezz ta’ wirjiet temporanji, lectures għall-pubbliku, żjarat kulturali u attivitajiet oħra speċjalizzati, l-aġenzija twettaq il-wegħda tagħħa li tiżgura futur għall-passat tagħna.

    Għall-iktar informazzjoni dwar l-Open Day tal-21 t’April u attivitajjiet oħra organizzati minn Heritage Malta żur is-sit eletroniku www.heritagemalta.org jew segwi l-aġenzija fuq Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0