“Min jilgħab m’għandux jeqred li l-pensjoni ma sservix”

  • Lul 25, 2012 10:27
  • Miktub minn
"

    Fi stqarrija dwar il-vizzju tal-logħob, fl-istess jum li l-premju tas-Super 5 tela’ għal miljun ewro, il-Kunsill tal-Anzjani qal li ”jħoss id-dmir u d-dover li jappella li dawk l-anzjani u pensjonati li jilagħbu bla rażan biex jikkontrollaw jew aħjar iwarrbu għal kollox dan il-vizzju. Dawk li jħobbu jilagħbuhom ma għandhomx għalfejn joqogħdu jeqirdu li l-pensjoni hija baxxa u ma sservihomx.”

    Fl-istess stqarrija l-kunsill ikkundanna l-prezzijiet il-ġodda tas-Super 5.

    ”Dan l-aħħar tħabbru prezzijiet ġodda tas-’Super 5’. Hemm żieda ta’ 50 ċenteżmu tal-Ewro kull biljett li tfisser żieda ta’ 33%. Mill-banda l-oħra, fost rebħ ieħor, persuna tista’ tirbaħ €30 meta jitilgħu tliet numri minn ħamsa,” intqal fl-istqarrija.

    ”Nieħdu dan l-eżempju biex dak li jilgħab ikun jaf x’qiegħed jagħmel bi flusu. Jekk persuna tilgħab ħames biljetti kull ġimgħa din tonfoq ( 5x2x52), €520 fis-sena. F’każ li f’sena tirbaħ erba’ darbiet bi tlett numri tkun tiġbor lura (30 x 4), €120. Dan jirriżulta f’telf ta’ €400 għal min jilgħab u profit għall-kumpanija minn fuq din il-persuna,” kompla jgħid il-Kunsill.

    Il-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani temm jiddeplora ż-żieda esaġerata fil-prezz tal-biljett tas-’Super Five’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1