Iż-żewġt irġiel miżżewġin li qed jistennew tarbija… insulti u theddid bil-mewt

  • Mej 04, 2018 12:27
  • Miktub minn iNews

    Għandhom stennija kbira. Stennija għal tarbija.  Jiddikjaraw li ma jistgħux ikunu ferħanin aktar milli huma fil-preżent. U tant għandhom stennija għal din it-tarbija li fl-aħħar jiem organizzaw  ‘baby shower’.  Dan il-ferħ għaddejijin minnu l-koppja Tom Daley u Dustin Lance Black, żewġ irġiel li żżewġu ftit żmien ilu.  Dustin Lance Black hu magħruf fil-qasam tal-films waqt li Tom Daley hu rebbieħ ta’ midalja tal-bronz fl-għadds.  L-istennija għal din it-tarbija, liema tarbija se tkun għandhom permezz ta’ ‘surrogate mother’, jiġifieri mara li ġġorr it-tarbija għalihom, ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat u l-koppja ma tonqosx li tagħmel festini biex tiċċelebra dan iż-żmien ta’ stennija.

    Organizzaw ‘baby shower’

    Kien xahrejn ilu li l-koppja ħabbru li kienu qegħdin jistennew tarbija.  Is-Sibt li għadda huma organizzaw u tefgħu ritratti ta’ ‘baby shower’, fejn ma naqsux li huma jorganizzaw festini żgħir, u jilbsu nuċċalijiet li fuqhom kien hemm miktub ‘Oh Baby’ u ‘Daddy to be’.  Huma żżewġu f’Mejju tas-sena li għaddiet. 

    Black li għandu 43 kien rebaħ il-Best Original Screenplay Oscar għal ‘Milk’ fis-sna 2009, ma naqasx li anki hu jitfa’ ritratti ta’ dan il-festin.  Ir-ritratti ta’ dan il-festin, qabel il-wasla tat-tarbija ġibdu l-kurżità ta’ ħafna nies.  Fost dawk li ġibdu l-għajn kien hemm ritratti tat-tazzi bix-xorb fihom. Il-koppja ma naqsitx li żżejjen id-dar b’għadd ta’ dekorazzjonijiet fosthom konfetti. Spikka l-mumen tmeta pupa imlibbsa bl-aħmar u l-vjola tpoġġiet f’banju żgħir u tawha ħasla.

    Imma mhux kollox kien ward u żahar

    Mindu ħabbru li kienu se jsir ġenituri, ma naqsux li lejhom ikunu indirizzati għadd ta’ kummenti dispreġjattivi. Kummenti iebsin u li jweġġgħu. “Kim Kardashin West, in-nies ħassew dispjaċir lejha li ma setgħax ikollha tfal minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Allura mhix xi ħaġa sabiħa li jkoll ‘surrogate mother’ li tkun lesta tagħmel dan?”, jgħid Daley.

    “Il-koppji gay, huma koppji li ukoll jixtiequ irabbu. Huma koppji li anki huma iridu jsiru ġenituri. Huma ma jistgħax ikollhom tfal bħal koppji eterosesswali.  Imma aħna nkunu trattati differenti minn xi sezzjonijiet tan-nies’, jiddikjara Daley b’ċertu dieqa.   Jitkellem fuq kif huma dejjem tkellmu bejniethom dwar il-passi li kellhom jagħmlu biex isiru ġenituri. 

    Kellna ħafna pjani

    “Konna imħabbtin ħafna nagħmlu l-pjnaijiet. It-tnejn ridna li nibdew familja.  Nemmen li ż-żwieġ  hu l-bażi tal-pjanijiet li għadna qed inħejju”, jgħid Black. Huma jgħixu f’Londra u huma jiddikjaraw li ħassew imħabba lejn xulxin mill-ewwel darba li ltaqgħu.  Fis-sena 2013, Daley kien iddikjara li hu bisexual u wara ħabbar li kien f’relazzjoni ma’ Black.

    L-insulti

    U meta ħabbru d-deċiżjoni li se jsiru ġenituri, ma naqsux kummenti iebsin. Wieħed minnhom li sar waqt serata televiżiva kien jgħid jgħid hekk: “jien m’iniex kontra s-surrogacy. Imma ma naħsibx li se żewġ irġiel jistgħu irabbu tarbija. Intom għandkom bżonn omm”.   Black iwieġbu immedjatament u jgħidlu li “hemm ħafna tipi ta’ familji diffrenti mal-erbat irjiħat tad-dinja. Hemm ukoll raġunijiet differenti għal dan. Xi wħud huma raġunijiet traġiċi.   It-tfal jitkabbru minn single parents ukoll ‘l ħin kollu. Jien tkabbart min single mother minħabba raġunijiet diffiċl. Jien naħseb li kelli ommi b’saħħitha ħafna u b’rieda qawwija. Tellgħatni bl-aħjar mod.”

    Ma naqsux kummenti oħra iebsin li bdew jgħidu li dik it-tarbija li se jrabbu se jkollhom problemi psikoloġiċi għax se tkun f’ambjent mhux normali.  Il-koppja tammetti li jista’ jkollhom kwistjonijiet  legali fuq it-tarbija, iżda dan mhux jaqtgħalhom qalbhom.

    Irċevew anke theddid ta’ mewt

    Lil hinn minn kummenti dispreġjattivi il-koppja irċeviet anke theddid bil-mewt u insulti.  Dawn saru wara li l-koppja ippubblikaw ritratt li fih jidhru qed iżommu ritratt. Dan ir-ritratt juri ultrasound tat-tabija. Fost l-insulti li rċevew kien hemm li “l-għażliet tagħkom se jwasslukom l-infern’, oħrajn ġiegħlhom jindnu, waqt li raġel ieħor kiteb li kien iddiżgustat jisma’ din l-aħbar. Dan imma ma waqafx hemm u qal li ibnu staqsieh “pa kif dak jista’ jkollu tarbija?”.

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0