Bosta jispiċċaw maqtulin fl-irqad wara maltempati qawwijin fl-Indja

  • Mej 03, 2018 11:03
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-anqas 76 persuna mietu u għadd oħrajn sfaw midrubin f’maltempati qawwijin li ħakmu fir-reġjuni ta’ Rajasthan u Uttar Pradesh.

    Il-maltempati tat-trab li seħħew l-Erbgħa kkawżaw ħsara fis-servizz tal-elettriku, qaċċtet siġar, qerdet djar u anke qatlet annimali tat-trobbija.

    Ħafna minn dawk li nqatlu kienu jinsabu reqdin fi djarhom meta l-bini ċeda wara li nħakem minn dawn il-maltempati qawwija. Dawn il-maltempati huma komuni f’din il-parti tal-pajjiż fl-istaġun tas-Sajf, iżda qatt ma kien hemm daqshekk vittmi.

    Wieħed mill-uffiċjali fiż-żona qal li f’20 sena servizz qatt ma kien ra xi ħaġa simili. Infatti huwa kkonferma li fil-11 ta’ April, 19-il persuna mietu, iżda din id-darba ħafna mill-vittmi kienu reqdin u ma kellhomx jirreaġixxu biex jevitaw din it-traġedja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0