Mosti jindarab wara li għeleb bi trakk tal-ġebel

  • Mej 02, 2018 15:49
  • Miktub minn iNews

    Għall-ħabta tal-10am, Mosti ta’ 66 sena sofra xi ġrieħi meta kien qed jimmanuvra trakk tat-tip Renault f’barriera u waqt li kien qed jirriversja, għeleb u waqa għoli ta’ madwar sular.

    Fuq il-post tal-inċident li seħħ ġewwa barriera fil-Magħtab, marru l-Pulizija tad-distrett fejn dawn sejħu għall-assistenza tal-Membri tal-Protezzjoni Ċivili peress li r-raġel spiċċa maqbud fit-trakk.

    Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    Intant, permezz ta’ stqarrija, il-kumpanija Wasteserv, li tagħha hija l-Barriera li fiha seħħ l-inċident, stqarret li t-trakk kien propjeta ta’ third party contractor u kien qed jagħti servizz ġewwa l-kumpless tal-Magħtab, fejn seħħ l-inċident. Il-Kumpanija qed turi solidarjetà max-xufier u qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet konċernati fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejin.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0