Posposti l-Festi Esterni ta’ Santu Kruċ f’Birkirkara…dawk interni se jsiru kif pjanat

  • Mej 02, 2018 14:45
  • Miktub minn iNews

    Sa’ minn żminijiet imbegħda, il-Knisja Rumana minn dejjem iċċelebrat is-sejba tar-Relikwi tas-Salib Imqaddes minn Sant’Elena, b’mod solenni. Għaldaqstant, ir-raħal ta’ Birkirkara, u d-devozzjoni kbira li għandu lejn Sant’Elena jiċċelebra ukoll din il-Festa kull sena fit-3 ta’ Mejju, b’devozzjoni kbira. 

    Iżda peress li f’dawn il-jiem riħ qawwi qed jaħkem il-gżejjer Maltin, il-Purċissjoni li kellha ssir għada filgħaxija mat-toroq ta’ Birkirkara, ġiet posposta għall-Ħadd 6 ta’ Mejju filgħodu. Intant, l-attivitajiet interni matul dawn il-jumejn se jkomplu xorta waħda kif skedat.

    Illum it-2 ta’ Mejju, lejlet il-festa, fis-6.30pm ser issir invesitutra ta’ żewġ kanonċi onorarji ġodda; Dun Robert Grech li bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Kappillan tal-Parroċċa tas-Swatar, kif ukoll dik ta’ Dun Michael Zammit li bħalissa jokkupa l-kariga ta’ Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Luqa. Immedjatament wara, issir it-Translazzjoni Solenni bir-relikwa tal-Veru Lignium (Relikwa tas-Salib Imqaddes) kif ukoll isir l-ewwel Għasar Prepositali tal-Festa.

    Għada t-3 ta’ Mejju, Jum il-Festa, għall-ewwel darba fl-istorja ta’ din il-Parroċċa, ser issir manifestazzjoni għat-tfal tal-iskejjel primarji fiż-żona fl-okkażjoni ta’ din il-Festa. Għall-ħabta tal-10:00, tibda l-hekk imsejħa Festa tat-Tfal mill-Iskola Primarja fejn aktar tard jingħaqdu magħhom it-tfal mill-Iskola ta’ San Franġisk fi Triq Brared. Fil-11.30am, tibda quddies għat-tfal fil-Bażilika ta’ Sant’Elena.

    Fis-6pm, jingħata bidu għall-Quddies Solenni u Prepositali immexxija minn Monsinjur Prepostu Dun Paul Carmel Vella u l-Kapitlu Elenjan. Jinseġ il-paniġierku il-Kanonku Dun Micheal Zammit.

    Intant, kif imsemmi aktar qabel, il-Festa tkompli nhar il-Ħadd 6 ta’ Mejju fejn fid-8.45am tibda’ ħierġa l-Purċissjoni Solenni bis-sehem tal-Banda Duke of Connaught’s Own, fejn fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif ta’ din is-Soċjetà, il-purċissjoni ser tgħaddi minn quddiem is-sede fi Triq il-Wied.

    Il-Kumitat Nar 18 t’Awwissu, jagħti s-sehem tiegħu ukoll billi jakkumpanja l-purċissjoni bi ħruq ta’ salut, kaxxa nfernali, murtali bil-logħob u murtaletti. Il-purċissjoni mistennija tidħol lura fil-Bażilika għall-ħabta tal-11.30am. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook