Il-goalkeeper ta' Roma Alisson jistqarr li Mohamed Salah jista' jirbaħ il-Ballun tad-Deheb

  • Mej 02, 2018 13:43
  • Miktub minn iNews

    Il-goalkeeer ta' Roma Alisson stqarr li Mohamed Salah "jista' jikkompeti biex jirbaħ "Il-Ballun tad-Deheb” iżda jaħseb li Roma jistgħu jegħlbu lil Liverpool "jekk nilagħbu bħala team". 

    Il-Giallorossi għandhom bżonn rebħa ta' 3-0 jew 4-1 fit-tieni leg taċ-Champions League warali tiflu 5-2 f'Anfield.  Protagonista għar-Reds f'din il-partita kien l-ex attakkant ta' Roma  Salah, li rnexxielu jiskorja doppjetta.

    Il-goalkeeper Brażiljan ta' Roma, Alisson ma għandu l-ebda dubju dwar il-kwalitajiet tal-attakkant Eġizzjan. "Salah għandu talent kbir u huwa kunfidenti fih innifsu.  Nistgħu nwaqqfuh biss jekk nilagħbu bħala team.  Min-naħa l-oħra Liverpool għandhom kwalitá kollettiva. Huwa team makkak, bla ħniena u ħfief.  Roberto Firmino hu fenomenu.  Ser ikun ferm diffiċli għal dak id-difensur biex jimmarkah.

    “Għalhekk għandna  bżonn ningħaqdu bħala team u mhux biss id-difiża.  F'dan l-istaġun Salah jista' jikkompeti għall-“Ballun tad-Deheb” jew għallinqas ikun fost l-ewwel tliet players, għalkemm hemm il-finali taċ-Champions League, u Tazza tad-Dinja ser jiddeterminaw min ser jirbaħ dan l-unur."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0