Sentenza sospiża wara li mporta d-droga għall-użu personali tiegħu

  • Apr 27, 2018 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ingliż ta’ 24 sena residenti Birkirkara kien ikkundannat sena ħabs sospiżi għal sentejn u mmultat €500 wara li ammetta li importa d-droga kannabis f’pajjiżna, liema droga kienet għall-użu personali tiegħu.

    Sean Welsh kien arrestat il-Ħamis li għadda wara l-Pulizija kienu infurmati mill-MaltaPost li kienu rċevew pakkett li allegatament kien fih id-droga.

    Il-Pulizija għamlu controlled delivery u marru fl-indirizz fejn kien destinat il-pakkett u eventwalment arrestaw liż-żagħżugħ.

    Welsh tressaq fil-Qorti fejn ammetta li importa u li kellu fil-pussess tiegħu sitt grammi kannabis u tmien grammi ketamine.

    L-Uffiċjal Prosekutur Frank Anthony Tabone spjega lill-Maġistrat Joseph Mifsud kif l-akkużat kien stqarr mal-Pulizija li d-droga li importa f’pajjiżna kienet għall-użu personali tiegħu. 

    Fid-dawl tal-fatt li dan kien każ ta’ importazzjoni għall-użu personali, l-Avukat Difensur Victor Bugeja argumenta li l-każ ma kienx jiġġustifika terminu ta’ ħabs effettiv.

    Il-Maġistrat Joseph Mifsud sabu ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih u kkundannah 12-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn flimkien ma’ multa ta’ €500.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0