Maria Efimova tkompli bl-attakki fuq Pilatus Bank

  • Apr 27, 2018 15:15
  • Miktub minn iNews

    Fuq is-sit soċjali Twitter, l-eks-impjegata tal-Pilatus Bank Maria Efimova, kompliet tattakka lill-bank li qed ifittxha fil-Qorti talli allegatament ħaditlu flus bla permess anke jekk hija qed tiċħad dan.

    Hija semmiet kif kien hemm min staqsha għaliex ma kienx hemm impjegati oħra tal-bank li ma ssuspettawx b'dak li kien qed jiġri u waqt li semmiet li ħafna minnhom ma kellhomx l-esperjenza jew l-edukazzjoni huma kienu intimidati mill-Kap Eżekuttiv Luis Felipe Rivera.

    Efimova xebbħet ukoll ix-xogħol fil-bank ma' 'puzzle game' fejn l-istampa kollha dwar dak li kien għaddej biex toħroġ b'mod gradwali u meta rat l-istampa ħassitha xxukkjata għax “irrealizzajt għal min u ma' min kont qed naħdem”.

    Hija ma tonqosx ukoll milli tikkritika wkoll lill-Gvern Malti u anke rreferiet għall-bidla fid-Deputat Reġistratur tal-Maġistrat Aaron Bugeja, li quddiemu xehdet, fejn irrimarkat li probabbilment dik li kienet preżenti waqt l-istess xiehda ma kinietx indipendenti.

    Efimova kienet waħda mis-sorsi ta' Daphne Caruana Galizia b'rabta mal-istorja li din kienet kitbet fejn allegat li l-kumpanija Egrant kienet ta' Michelle Muscat. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll martu ċaħdu li dan kien minnu.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0