Missier jaħfer lil ibnu mixli li sparalu

  • Apr 25, 2018 17:30
  • Miktub minn iNews
"

    Missier li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar fi spalltu allegatament sparati minn ibnu, iddikjara fil-Qorti li kien ħafirlu u li ma kellu l-ebda intenzjoni li jixhed kontrih.

    Peter Azzopardi stqarr dan hekk kif ilbieraħ kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ ibnu Steven mill-Għargħur li jinsab mixli li nhar it-18 ta’ April ipprova joqtlu billi spara tiri fid-direzzjoni tiegħu wara argument familjari.

    Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-missier, l-Avukati Difensuri tal-imputat Dr Franco Debono u Dr Marion Camilleri argumentaw li dan kien ifisser li ma kienx hemm każ prima facie, rekwiżit biex tinħareġ Att ta’ Akkuża, peress li l-missier kien l-uniku xhud tal-Prosekuzzjoni.

    Fuq it-talba tal-istess Difiża, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace emendat ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest tal-imputat biex naqqsitlu d-depożitu minn €30,000 għal €5,000 u kellu garanzija personali ta’ €30,000.

    Il-każ ikompli.

    Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Roderick Spiteri mentri l-Avukat Arthur Azzopardi deher għall-vittma.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0