Tliet snin ħabs oħra għal frodista

  • Apr 25, 2018 16:31
  • Miktub minn iNews

    Mara li għandha storja twila ta’ każijiet ta’ frodi ġiet ikkundannata tliet snin ħabs oħra wara li ammettiet li għamlet qligħ b’qerq ta’ LM30,565 li jiġu ekwivalenti għal €71,197 għad-detriment ta’ raġel ieħor. 

    Mill-provi li tressqu fil-Qorti jirriżulta li Alexia Cross ta’ 39 sena kienet ġibdet madwar LM300 (€698.81ċ) fil-ġimgħa mill-kont ta’ Joseph Pulo fil-perjodu ta’ bejn is-sena 2002 u 2005 meta l-Maniġer tal-HSBC fil-Gżira ġibidlu l-attenzjoni dwar dak li kien qed iseħħ.

    Il-mara kienet tippreżenta ittra ffirmata minn Pulo fejn kien jawtorizzaha tiġbed il-flus mill-kont tiegħu, li tiegħu kien taha n-numru huwa stess. Biss pero’ l-firma kienet issir minnha u ma kellhiex awtorizzazzjoni mir-raġel biex tiġbed dawn l-ammonti. 

    Barra minn dan, l-istess imputata kienet tippreżenta ċekkijiet lill-istess Pulo li min-naħa tiegħu kien isarrafhom iżda mbagħad kienu jiġu “referred to drawer” u ma jissarfux.

    Fix-xhieda tiegħu l-vittma qal li l-ammont totali kien ta’ €71,197. Qal li kien intlaħaq ftehim mal-imputata biex tibda tħallsu iżda ebda ħlas ma sar.

    Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, wara li kkunsidrat in-natura u l-gravità tar-reati, il-fedina penali tal-imputata u ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, ikkundannata tliet snin priġunerija. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Maurice Curmi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0