Ix-xjentist Russu li ħoloq il-velenu li ntuża fl-attentat ta' qtil ta' Skripal jittajjar u jmut … ġimgħa wara dikjarazzjonijiet li għamel

  • Apr 25, 2018 15:17
  • Miktub minn iNews

    Xjentist Russu li saħaq li kien huwa li ħoloq il-velenu li ntuża fl-avvelenament tad-double agent Russu Sergei Skripal u bintu miet wara li ttajjar minn karozza.

    Vladimir Uglev ittieħed b’urġenza l-isptar wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam it-triq matul il-jum tal-bieraħ. Huwa sofra ġrieħi serji f’rasu, idejh u siequ l-leminija, madankollu kien deskritt mit-tobba li kien jinsab f’kundizzjoni stabbli.

    Jidher li Uglev qal li nduna li s-sewwieq tal-karozza ma kienx qed iwaqqaf il-karozza u spiċċa biex qabeż fuq il-bonnet tal-karozza biex jevita milli jispiċċa taħt it-tajers tal-vettura.

    Ix-xjentist, li kellu 71 sena, il-ġimgħa li għaddiet qal li kien jinsab ċert li r-Russja kienet taħti wara l-attentat ta’ qtil ta’ Sergei Skripal u bintu Yulia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook