Allegati abbużi minn vettura u flus tal-kumpanija Wasteserv

  • Apr 15, 2013 09:17
  • Miktub minn

    Wara li fil-ħarġa tal-bieraħ tal-gazzetta t-TORĊA ġie rrapportat dwar allegat każ ta’ abbuż minn żewġ uffiċjali għolja tal-kumpanija Wasteserv b’karozza tal-kumpanija, inewsmalta.com issa jinsab informat li allegatament din l-istess karozza kienet involuta f’kollużjoni fil-Mellieħa u li l-ispejjeż tħallsu mill-kumpanija Wasteserv.

    Fil-fatt, minn informazzjoni li għandu dan in-news portal jirriżulta li allegatament il-vann li jużaw il-koppja ta’ uffiċjali għolja fi ħdan Wasteserv kien ipparkjat fil-Mellieħa, fejn joqogħdu l-koppja, meta kien involut f’kollużjoni. Jidher li n-numru tal-vettura l-oħra involuta f’din il-kollużjoni ma kienx magħruf u għalhekk it-tiswijiet li saru għand Kind’s tħallsu mill-kumpanija Wasteserv.

    Intant, fir-rapport tat-TORĊA kien allegat li l-koppja ta’ uffiċjali għolja ta’ Wasteserv qegħdin jużaw vann tal-kumpanija, minkejja li wieħed minn dawn l-uffiċjali hu intitolat għal ‘allowance’ fuq il-fjuwil. Il-każ jikkonċerna lill-koppja Terence u Christine Borg, li huma l-Kap tal-IT u l-Kap tar-Riżorsi Umani rispettivament. Il-koppja toqgħod il-Mellieħa u minkejja li r-raġel għandu ‘allowance’ għall-fjuwil tal-karozza tiegħu xorta jużaw il-vann tal-kumpanija.

    Il-Ministru tal-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat kien identifika diġà numru ta’ abbużi li qegħdin isiru f’din il-kumpanija, fosthom anke fit-trasport, meta kien qiegħed jieħu sehem f’laqgħa mal-ħaddiema ta’ Wasteserv. Fil-fatt, kien anke qal li hemm bżonn li jsiru l-kontrolli u anke li ssir investigazzjoni serja dwar dak li qed jiġri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook