20 sena ħabs għall-uniku suspettat li fadal mill-attakk terroristiku tal-2015 f'Pariġi

  • Apr 24, 2018 10:29
  • Miktub minn iNews

    Salah Abdeslam, l-uniku suspettat li fadal ħaj mill-attakk terroristiku tal-2015 f’Pariġi, fl-aħħar sigħat ġie ssentenzjat għal 20 sena ħabs minn Qorti l-Belġju dwar ġlieda bl-armi li wasslet għall-arrest tiegħu. 

    Abdeslam ta’ 28 sena u l-akkużat sieħbu Soen Ayari nstabu ħatja ta’ akkużi relatati mat-terroriżmu u attentat ta’ qtil. Ayari, ta’ 24 sena, wkoll ġie kkundannat għal 20 sena ħabs wara li ġie stabbilit li kienu sparaw fuq pulizija li rrejdjaw appartament fi Brussell fl-2016. 

    Abdeslam jinsab maqful f’ħabs Franza u mistenni li jgħaddi ġuri hemm dwar l-attakki terroristiċi f’Pariġi nfushom. Huwa rrifjuta li jwieġeb lill-imħallef l-ġuri Brussell u eventwalment irrifjuta wkoll li jkun preżenti għall-ġuri tiegħu. La hu u lanqas Ayari ma kienu preżenti fl-awla waqt l-għoti tas-sentenza massima kif mitluba mill-prosekuzzjoni. 

    Fil-15 ta’ Marzu 2016 il-pulizija Belġjana, li kienu qegħdin ifittxu lil Abdeslam, wettqu rejd fl-inħawi Forest Brussell fejn kellhom suspett li huwa kien qiegħed jgħix hemm wara erba’ xhur maħrub. Hekk kif il-pulizija daħlu, Abdeslam, Ayari u ħabib tagħhom fetħu n-nar fuqhom u darbu tliet minnhom. 

    Il-ħabib tagħhom inqatel filwaqt li Abdelsam u Ayari rnexxielhom jaħarbu. Is-suspettat terrorista nqabad xi jiem wara fl-inħawi ta’ Molenbeek u ġie ttrasferit lejn Franza. 

    Fl-attakk terroristiku fi Franza fit-13 tal-2015, min-nies armati u bombi suwiċida, kienu l-mira simultanjament sala tal-kunċerti, stadium importanti tal-futbol, restoranti u ħwienet tal-kafè. Dak in-nhar kienu nqatlu 130 persuna u mijiet oħra sfaw feruti, uħud minnhom gravi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook