RE/MAX Malta jġeddu l-appoġġ għall-Fondazzjoni Blossom

  • Apr 24, 2018 10:31
  • Miktub minn iNews

    L-isponsorizzazzjoni li se tkompli mill-Fondazzjoni RE/MAX & Friends se tgħin lil tfal li jgħixu f’ambjent żvantaġġjat u li qed jaffettwa l-edukazzjoni tagħhom

    Il-Fondazzjoni RE/MAX & Friends ġeddet l-appoġġ tagħha għall-Fondazzjoni Blossom, organizzazzjoni non-governattiva (NGO) appoġġjata mill-President’s Trust li tfittex li tgħin lil tfal li ġejjin minn sfondi diffiċli sabiex jikbru u jirnexxu.

    L-isponsorizzazzjoni ta’ €5,000 mill-karità tal-kumpanija RE/MAX se tkun ta’ kontribut vitali lejn l-impjieg ta’ counsellor ikkwalifikata fuq bażi full-time ġewwa l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar.

    Il-Fondazzjoni Blossom twaqqfet bil-għan li jitnaqqas l-impatt tal-faqar fuq it-tfal. Għadd ta’ tfal bejn l-etajiet ta’ 3 u 10 snin li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar isibuha diffiċli li jkampaw fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum minħabba distrazzjonijiet mhux mixtieqa mill-familja u minħabba l-faqar. Persentaġġ kbir ta’ studenti li jattendu din l-iskola ġejjin minn pajjiżi barranin u bosta studenti, inkluż dawk Maltin, jeħtieġu appoġġ addizzjonali bħalma hu counselling u assistenza bix-xogħol tad-dar minħabba dawn il-kwistjonijiet. 

    Minħabba li hemm biss counsellor wieħed appuntat għal 4,000 tifel u tifla fid-distrett ta’ San Pawl il-Baħar, il-fondazzjoni appuntat counsellor ikkwalifikata esklussiva, li ser tuża tekniki bħat-terapija tal-logħob biex tindirizza għadd ta’ problemi ta’ żvilupp. 

    “Bl-appoġġ kontinwu tal-Fondazzjoni RE/MAX & Friends, aħna ġewwa Blossom stajna naffettwaw ħajjet dawn it-tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar b’mod pożittiv ħafna,” ikkummentat id-Direttriċi tal-President’s Trust Sarah Borda Bondin. “Il-counsellor li issa hija bbażata hemmhekk b’mod permanenti kienet qed tiddedika l-ħin tagħha għall-istudenti b’mod individwali u każ b’każ. Dan diġà qed jagħmel differenza vera fil-ħajja ta’ xi studenti, differenza li ma kinitx tkun possibbli mingħajr sponsors bħar-RE/MAX.”

    Bħala l-karità tal-kumpanija RE/MAX Malta, il-Fondazzjoni RE/MAX & Friends twaqqfet biex tipprovdi appoġġ lill-impjegati tal-kumpanija li jkunu f’mument ta’ bżonn u biex tiġbor fondi b’mod regolari għal diversi karitajiet madwar Malta kollha, speċjalment karitajiet tat-tfal.

    Il-membru tal-bord tal-Fondazzjoni RE/MAX & Friends Jeff Buttigieg ikkummenta hekk: “Aħna ġewwa RE/MAX inħossu responsabbiltà lejn il-ġenerazzjoni ta’ għada – it-tfal tal-lum - u għalhekk aħna nżommu l-għajnuna lejn it-tfal bħala wieħed mill-valuri fil-qalba tagħna. Il-Fondazzjoni Blossom taqsam l-istess viżjoni tagħna, u x-xogħol importanti li qed jagħmlu biex jgħinu lil tfal minn sfondi żvantaġġjati biex jikbru u jirnexxu qed iħalli impatt kbir fuq il-komunità Maltija. Aħna ħerqanin biex inkomplu nappoġġjaw lill-Fondazzjoni Blossom fis-snin li ġejjin.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0