Jittellgħu l-poloz tas-semi-finali tal-FA Trophy

  • Apr 23, 2018 16:00
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-ħin ilu ġiet organizzata konferenza stampa fit-Trophies Lounge li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali, li fiha ttellgħu l-poloz tas-semi finali tal-FA Trophy għal dan l-istaġun 2017/18.

    Il-Poloz irriżultaw hekk:

    Birkirkara FC vs Sliema Wanderers – Is-Sibt 28 t'April fl-4pm fl-Istadium Nazzjonali.

    Valletta FC vs Balzan FC – Il-Ħadd 29 t'April fl-4pm fl-Istadium Nazzjonali.

    Il-Finali hi skedata għas-Sibt 5 ta’ Mejju fil-5pm fl-Istadium Nazzjonali.

    Beda jindirizza lil dawk preżenti s-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti,li feraħlil Valletta għar-rebh tal-24 Kampjonat Premier fl-istorjatagħhom kif ukoll lil dawk kollha li rebħu l-unuri fil-Kampjonati l-oħra. Huwa kompla li l-attenzjoni issa ddur fuq l-FA Trophy, bit-timijiet li baqa’ fis-semi-finali, fejn saħaq li m’ hemmx dubju li se nkunu qed nassistu għal żewġ semi-finali ferm interessanti. 

    Tkellem ukoll Justin Zammit Fiorentino f'isem Boost Diesel li huwa l-isponsor ewlieni tal-FA Trophy fejn stqarr li din il-kompetizzjoni f’ dawn l-istadji finali tiġbed aktar interess mill-istadji bikrija tagħha.Huwa kompla li l-FA Trophy taf tfisser ħafna għal min rebaħ il-Kampjant Premier jiġifieri Valletta li għadhom biċ-ċans li jiksbu d-double waqt li tista' tfisser mitqlu deheb ukoll għal Birkirkara u Balzan li naqqsu milli jirbħu l-Kampjonat, iżda jistgħu jagħlqu l-istaġun fuq nota pożittiva.

     Dan filwaqt li jekk din il-kompetizzjoni tintrebaħ minn Sliema Wanderers, tkun tfisser kwalifikazzjoni Ewropea għalihom.

    Sliema Wanderers rebħu l-FA Trophy 21 darba, Valletta 13-il darba u Birkirkara ħames darbiet waqt li Balzan waslu sal-finali darba iżda qatt ma kisbu titlu maġġuri fl-istorja tal-club.

     Fl-istadji preċedenti tal-FA Trophy ta' dan l-istaġun, Valletta għelbu lil Senglea Athletic, Pietà Hotspurs u Zejtun Corinthians, waqt li Balzan għelbu l-isfida ta' Gudja United, Naxxar Lions u Lija Athletic.

     Fiż-żewġ konfronti mill-Kampjonat Premier, fl-ewwel round, Balzan għelbu lil Valletta bl-iskor ta' 2-1, waqt li l-konfront mit-tieni round intemm fi draw ta' mingħajr goals.

    Intant, biex waslu s'hawn, Sliema Wanderers għelbu lil St Andrews, Hamrun Spartans u lil Hibernians, waqt li Birkirkara eliminaw lil Santa Lucia, San Ġwann u lil Qrendi.

    Dan sabiex fil-Kampjonat Premier, fl-ewwel round, Sliema Wanderers għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta' 3-0, waqt li fit-tieni round kienu l-Istripes li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-1.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook