Attività bil-lejl tal-ASM

  • Lul 25, 2012 09:23
  • Miktub minn

    L-Assoċjazzjoni Sport Muturi organizzat b’suċċess l-attività annwali li ssir taħt id-dawl artifiċjali. F’din l-attività ħadu sehem diversi sewwieqa fost-hom is-sezzjoni Autocross tal-Kampjonat ASM Pasta-Poiatti, Autocross Għawdxin, il-Motocross u t-Trials. Tiġrijiet speċjali f’din l-attività kienu l-parteċipazzjoni tal-Quad Bikes.

    Ħarsa lejn it-tiġrijiet Autocross fejn mis-sewwieqa Maltin iċ-champion Christian Galea fuq Fiat Ritmo ddomina l-lejla bir-rebħ tiegħu fit-tliet heats, segwit minn Josef Grech fuq Fiesta MK3.

    Intant fil-finali klassi A kien hemm bidu tajjeb minn Galea segwit minn Grech u Malcom Borg fuq Opel Corsa.

    Tul din il-finali Joe Cutajar fuq Escort kien qed jokkupa r-raba’ post segwit minn Manuel Muscat fuq Opel u Melo Zammit fuq Escort.

    F’din il-finali tista’ tgħid li spikka l-element sportiv għal fatt li ma tantx kien hemm tibdil fil-pożizzjoni ħlief dak ta’ bejn Borg u Cutajar fejn wara pressjoni min-naħa ta’ Cutajar fuq Borg, Cutajar issupera lil Borg ftit sekondi qabel it-tmiem tant li t-tiġrija spiċċat b’Galea rebbieħ segwit minn Grech u Cutajar rispettivament.

    Fil-Finali Klassi B wasal l-ewwel suċċess ta’ Gordon Johnson fuq Peugeot 205 li mill-ewwel ħa t-tmun ta’ din il-finali u kien segwit minn Andreas Zammit fuq Fiesta u Andreas Scicluna fuq Opel Corsa.

    It-taqtiegħa f’din it-tiġrija kienet bejn Scicluna u Mario Tabone fuq Fiesta li tul din il-finali ġrew wara xulxin.

    F’nofs din il-finali Scicluna sfortunatament kellu jirtira minħabba ħsara teknika fil-magna biex b’hekk kien faċli għal Tabone jieħu post Scicluna.

    Il-finali spiċċat b’Johnson rebbieħ segwit min Zammit u Tabone.

    Mis-Sezzjoni Għawdxija tal-Autocross Nicholas Agius fuq Capri rebaħ il-finali tal-klassi ‘A’, segwit minn Joseph Saliba fuq Mazda 121. Agius u Saliba kienu segwiti sal-aħħar minn Richard Axiaq fuq Opel Astra.

    Fil-Finali Klassi B kien hemm bidu tajjeb min Marvic Vassallo fuq Escort segwit minn Silvan Caruana fuq Hyundai Pony u Josef Agius fuq BMW.

    Vassallo spiċċa din it-tiġrija jokkupa t-tielet post, b’Agius jirbaħ, segwit minn Vassallo u Caruana.

    Fis-Sezzjoni Quad Bikes William Sant fuq Suzuki 400cc iddomina din is-serata u spiċċa fl-ewwel post b'24 punt, segwit minn Joseph Falzon fuq Polaris b’19 il-punt u Stefan Fenech fit-tielet post b’14 il-punt.

    Fit-tiġrijiet fi klassi A tal-Motocross Carmelo Borg fuq Suzuki rebaħ il-Heats kollha tal-ġurnata segwit mill-aħwa Muscat Paul u Chris it-tnejn fuq KTM.

    F’Klassi B Zahra, li rebaħ żewġ tiġrijiet min tlieta kellu taqtiegħa ma’ Trevor Muscat fuq KTM li minkejja li Muscat prova jagħmel pressjoni fuq Zahra, Muscat kien iffaċjat bi pressjoni huwa nnifsu minn Turu Micallef fuq Honda.

    Ir-riżultat finali spiċċa b’Zahra jirbaħ din il-klassi b’72 punt segwit minn Trever Muscat b’65 punt u Cassar Muscat b’58 punt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook