Imut it-tifel farfett

  • Apr 22, 2018 19:40
  • Miktub minn iNews

    Hekk kien magħruf it-tifel Jonathan Pitre li miet fl-4 ta’ April fl-età ta’ 17-il sena. Huwa kellu ġilda fraġli daqs dik ta’ ġwienaħ ta’ farfett. Dan seħħ wara li soffra kumplikazzjonijiet marbuta mal-kundizzjoni tal-ġilda tiegħu bl-isem ta’ Epidermolysis bullosa.

    “Qatt ma kelli mument li ma soffrejtx fil-ħajja tiegħi, anke waqt li kont norqod,” kien qal Jonathan. Minkejja li Jonathan kellu ħajja ferm diffiċli, huwa dejjem ra l-pożittiv fil-ħajja tiegħu.

    Huwa kien infurmat li kellu tul ta’ ħajja sa 25 sena, iżda dan ma waqfux milli jipparteċipa fl-isport favorit tiegħu tal-hockey, sakemm kellu jħalli kollox peress li l-kundizzjoni tiegħu ħallitu ġewwa wheelchair. Jonathan qal li “ommi hija kollox għalija. Hi tgħini nilbes, nimxi u kollox. Hi vera tagħtini support meta jkolli bżonn”.

    Wieħed mill-aħħar messaġġi li ħalla Jonathan tenna jgħid li wieħed għandu “jieqaf milli jiffoka fuq dak li m’għandux fil-ħajja, imma aħseb fuq dak li għandek. Aħseb fl-imħabba li hija mdawwar madwarek u mhux taħseb fuq l-affarijiet negattivi

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook