Sensiela ta' bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun

  • Apr 20, 2018 15:43
  • Miktub minn iNews
    Il-Grupp Filateliku taż-Żejtun se jkun qed jibda sensiela ta' bolol dwar il-wirt reliġjuż fit-toroq taż-Żejtun, bl-isem Niċeċ iż-Żejtun. L-ewwel sett ta' ħames bolol personalizzati (fuq sheet waħda) u ħames postcardsse jkunu qed joħorġu nhar it-Tnejn, 30 ta' April, 2018. Il-bolol b'għadd limitat jistgħu jinxtraw mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun bħala mint jew inkella bit-timbru tal-ġurnata tal-fergħa taż-Żejtun, imwaħħlin fuq envelopp kommemorattiv. B'kollox din is-sensiela se tkun ta' 25 bolla u se toħroġ f'dawn is-sentejn. 

    Fiż-Żejtun insibu aktar minn 90 niċċa antika li jmorru lura għas-seklu 17. Dawn in-niċeċ għandhom devozzjoni kbira fiż-Żejtun u warajhom hemm stejjer interessanti. Ħafna min-niċeċ għandhom l-indulġenzi li ngħataw minn isqfijiet differenti, bl-aħħar waħda minnhom tkun dik tal-Madonna tar-Rużarju mgħotija mill-Aċrisqof Mikiel Gonzi fi żmien il-Konċilju Vatikan it-Tieni (fejn minn dan il-konċilju ħareġ li ma jistgħux jingħataw aktar indulġenzi lil dawn ix-xbihat fit-toroq). Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun kien tella wirja dwar in-Niċeċ u l-Istatwi f'Triqat iż-Żejtun lura għall-2015, fejn din kienet ġibdet attenzjoni kbira ta' mijiet ta' viżitaturi, u minn hawn beda aktar l-interess fost iż-Żwieten u l-barranin dwar is-sbuħija ta' dan il-wirt reliġjuż f'triqat iż-Żejtun, li hu wieħed mill-aktar lokalitajiet li għandhu niċeċ wara Ħal Qormi u r-Rabat. 
     
    In-niċeċ ta' dan is-sett juru; in-Niċċa tal-Madonna ta' Lourdes ta' Triq Lorenzo Gafà f'Bir id-Deheb, In-Niċċa ta' Kristu Kurċifiss (l-akbar niċċa fiż-Żejtun) ta' Triq Taltas, Bisqallin, in-Niċċa tal-Madonna tal-Karmnu ta' Sqaq il-Madonna tal-Bon Kunsill, l-Istatwa ta' San Pawl ta' Triq Marsaxlokk, u n-Niċċa tal-Madonna tar-Rużarju ta' Triq Santa Katarina, (li hemm referenza għaliha aktar 'il fuq).Il-kwalità ta' dawn il-bolol hi ta' livell għoli kif il-MaltaPost stess faħħret id-disinn tagħhom. 
     
    Dawk li huma interessati li jordnaw dan il-bolol bit-timbru tal-ġurnata (first day cover), għandhom jagħmlu l-ordni tagħhom sa nhar il-Ħamis, 26 ta' April, 2018, billi jibagħtu e-mail fuq chircop.sean@gmail.com jew iċemplu fuq 21 663 866 jew 99 203 815.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0