Fl-Eġittu: Raġel jitlob id-divorzju minn ma' martu fiċ-ċerimonja tat-tieġ! Tinqala' ġlieda u jindarbu ħamsa…

  • Apr 19, 2018 19:25
  • Miktub minn iNews

    Ċerimonja tat-tieġ fl-Eġittu sfrattat u nħakmet minn kaos totali hekk kif mumenti biss wara li żżewweġ lil martu, ir-raġel talab għad-divorzju!

    Jidher li dak li urta lir-raġel kien il-fatt li l-kunjata talbet biex tagħti l-aħħar tislima tagħha lil bintha qabel tmur għal qamar il-għasel. Il-kwistjoni tant ħarbet mill-idejn li saħansitra spiċċat biex kienet rapportata fuq is-sit Al Watan.

    Is-sit irrapporta li hekk kif il-koppja daħlu fil-karozza biex jitilqu miċ-ċerimonja, il-kunjata resqet lejn il-vettura u talbet għal mument flimkien ma’ bintha.

    Kien hawn li r-raġel inħakem minn rabja kbira, hekk kif infexx iwerżaq, u jgħajjat mal-ġenituri tagħha li ma kellhomx għaliex isellmu lil binthom minħabba li kienu qattgħu l-aħħar lejl magħha.

    Ir-raġel saħansitra niżel mill-karozza u kien f’dan il-mument li saħaq li kien se jiddivorzja lil martu, stqarrija li wasslet għal ġlieda kbira bejn il-qraba taż-żewġ għarajjes, b’dawn saħansitra spiċċaw jitfgħu siġġijiet lejn xulxin.

    Il-ġlieda tant kienet vjolenti li ħames persuni spiċċaw indarbu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0