“Ommna tal-Grazzja” - Spettaklu mużikali ad unur il-Madonna tal-Grazzja

  • Apr 19, 2018 17:01
  • Miktub minn iNews

    ‘Ommna tal-Grazzja’ hu spettaklu mużikali bi drama, żfin u kant oriġinali b’kitba u direzzjoni ta’ Brian Bonnici fuq mużika ta’ Dominic Cini. Il-kitba hija bbażata fuq il-ħajja tal-Madonna, magħġuna mal-ħajja tal-bniedem tal-lum, u d-devozzjoni tal-Maltin lejn il-Madonna tal-Grazzja. Dan l-ispettaklu jinkludi wkoll ġrajjiet mill-istorja kkulurita ta’ Ħaż-Żabbar.

    F’din il-produzzjoni li se tittella’ nhar is-Sibt, 5 u l-Ħadd, 6 ta’ Mejju, ġewwa City Theatre il-Belt Valletta, se jieħdu sehem ‘il fuq minn 60 attur. ‘Ommna tal-Grazzja’ tinkludi wħud mill-aqwa kantanti, żeffiena u atturi fosthom Grecia Bezzina, Ina Robinich, Hilary Desira, Dorian Micallef, Aiken Buhagiar, Dario Bezzina, Jessica Magro, Dominic Cini u ħafna oħrajn. 

    Dawk kollha li jixtiequ jaraw din il-produzzjoni huma mħeġġa biex jirriservaw il-biljetti tagħhom billi jidħlu fis-sit elettroniku: www.ticketline.com.mt jew mill-Bar tal-Każin tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar. 

    Din il-produzzjoni qed tittella’ mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar, u parti mill-proġett li hu megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Komunitajiet Kreattivi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook