"Francesca turina li l-mirakli jeżistu... Francesca għalina hi miraklu"

  • Apr 08, 2018 19:19
  • Miktub minn iNews

    Twelled tarbija ‘qisha fetu’… it-tobba qatgħu qalb l-omm imma t-tarbija għexet

    Xejn mhu faċli tkun fi sptar bi problemi fit-tqala.  Forsi dak il-ħin tibda taħseb u tittama fil-mediċina u l-kura li teżisti llum.  Imma x’jibqa’ fik meta t-tobba u l-professuri ma juru ebda tama li t-tarbija li jkollok fil-ġuf tkun se ssalva. It-tobba jistabbilixxu terminu ta’ żmien.  Jekk it-tarbija titwieled qabel, ikun ifisser li tant tkun dgħajfa u li l-ġisem tant ikun għadu ma żviluppaw tajjeb li jkun impossibbli li dik it-tarbija tkun salvata.  Din it-tarbija ta’ din l-omm imma kompliet toħloq ‘sfida’ u twieldet 48 siegħa wara li għalaq dak iż-żmien li stabbilew it-tobba. Kontra kull mistenni it-tarbija għexet.

    It-tarbija li ngħatat l-isem ta’ Francesca Bradley Curran meta twieldet kienet aktar tixbaħ lil ‘fetu’.  L-omm Victoria Bradley ta’ 37 sena hekk kif twieldet it-tarbija reġgħet semgħet il-kantaliena ta’ qabel li t-tarbija diffiċli tgħix. Fi kliem l-omm, ‘jien bdejt naħseb li din ma kinitx se tgħix. Hi xi ħaġa tal-biża meta tiftakar li din setgħet twieldet f’dak iż-żmien li t-tobba ma kienu jagħmlu xejn biex isalvawha għax il-ġisem ikun għadu ma żviluppax sew.”

    It-tqala ġiet b’sorpriża

    Fil-bidu Victoria u s-sieħeb tagħha, Paul Curran ta’ 46 sena kienu sorpriżi meta indunaw li Victoria kienet tqila.   Lil Victoria il-professjonisti dejjem kienu jgħidulha li kien se jkun diffiċli ħafna li jkollha tfal. Dan minħabba problemi fl-ovarji. Li ġara wara u dak li għaddiet minnu binthom Francesca, wassal biex lil din it-tarbija bdew isejħulha ‘it-tarbija tal-miraklu’.

    L-ewwel żjara fl-isptar ta’ Liverpool Women’s Hospital għal Victoria seħħet meta hi beda ikollha uġiegħ mhux żgħir fid-dahar.   Kien hawn li t-tobba indunaw li hi kienet tqila u li kienet se twelled.

    Ftit ħin wara l-omm welldet.  Fi kliemha stess it-tarbija kienet aktar qisha ‘fetu’ milli tarbija.   Il-ġilda tagħha kienet differenti ferm minn ta’ trabi oħra. Għajnejha kienu ukoll magħluqin.

    Tim ta’ 15-il tabib ħadmu biex iżommuha ħajja

    Xejn inqas minn 15-il tabib akkumpanjati minn għadd ta’ infermieri ħadmu bla heda biex iżommu lit-tarbija ħajja.  Xejn ma kienu konvinti li se tgħix. It-tarbija kienet tiżen 624 grammi biss. Mat-twelid kellha problemi fin-nifs u lil omma ħallewha biss tlett sigħat u nofs magħha u wara it-tarbija ittieħdet fit-taqsima tal-kura intensiva.

    Tama li se tgħix ma tantx kien hemm u l-omm ingħatat memento li fih kien hemm il-marka tas-saqajn żgħar tat-tarbija. Il-marki kienu daqs muniti minħabba id-daqs żgħir tat-tarbija. Il-memento ingħata għax ħadd ma kien qed jara li t-tarbija se tgħix.

    Id-demm kien mimli infezzjonijiet

    Francesca ma kellhiex tiġġieled biss mal-fatt li twieldet ħafna qabel iż-żmien. Mat-twelid tagħha feġġew kumplikazzjonijiet oħra fosthom għadd ta’ infezzjonijet fid-demm. “It-tarbija kienet żgħira ħafna. Konna qed nimxu magħha siegħa b’siegħa. Id-demm tagħha kien mimli infezzjonijiet” tgħid ommha Victoria.  Li beda jiġri imma kien li ġurnata wara ġurnata din it-tarbija kienet dejjem qed tirkupra u ssir aktar b’saħħitha.  Kienet spiċċat għamlet xejn inqas minn 15-il trasfużjoni tad-demm, laser eye surgery u anke kellha problemi fil-kliewi.  Minkejja kollox it-tarbija baqgħet għaddejja.

    Wara 17-il ġimgħa ntbagħtet id-dar

    Tistgħu timmaġinaw x’ferħ ħasset din il-koppja meta wara 17-il ġimgħa, huma ingħataw l-aħbar lit-tarbija kienet se tintbagħat lejn id-dar. Victoria, iċċelebrat dan b’mod ftit differenti. Qabdet il-memento li kienet ingħatat marret għand tattoist u għamlet tattoo ta’ saqajn it-tarbija. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook