Yoga għall-Pulizija fin-Nepal

  • Apr 11, 2013 15:48
  • Miktub minn

    Il-Pulizija fin-Nepal introduċiet lezzjonijiet tal-Yoga f’tentattiv għal ħafna uffiċjali biex inaqqsu mill-piż.

    Uffiċjali fil-kwartieri ta’ Kathmandu stqarru l-ħsieb tagħhom rigward l-ħxuna żejda ta’ wħud mill-membri. Xħuna li jwaqqaf l-istess membri milli jagħmlu xogħolhom sew.

    L-obeżità hija kwistjoni serja għal ħafna uffiċjali rġiel u nisa fin-Nepal. Hekk kif ħafna uffiċjali jikkwalifikaw, ma jibqgħux jattendu għall-eżerċizzji fiżiċi neċessarji għax-xogħol tagħhom.

    Ħafna ma jagħmlu l-ebda eżerċizzju waqt il-ħin tax-xogħol hekk kif ix-xogħol tagħhom huwa kollu ħidma bilqiegħda wara skrivanija. Aktar minn hekk wieħed ma jistax jinsa l-popolarità fid-dieta ta’ ammont kbir ta’ ross, kif ukoll ħafna zokkor u ħalib mad-deżerti tagħhom.

    Kelliem għall-Pulizija Keshav Adhikari stqarr li kważi kull stazzjon tal-Pulizija fin-Nepal se jibdew joffru lezzjonijiet tal-Yoga lill-istaff tagħhom. Fid-distrett ta’ Jhapa, aktar minn 70 uffiċjal tal-Pulizija ddaħħlu f’kampijiet tal-Yoga ta’ tliet ġimgħat ’il wieħed.

    Il-lezzjonijiet tal-Yoga jseħħu kuljum filogħdu kmieni u jinkludu pożizzjonijiet diżinjati biex inaqqsu l-kobor taż-żaqq u l-obeżità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0