Sider mingħajr bra aktar wieqaf

  • Apr 11, 2013 12:27
  • Miktub minn

    Li wieħed ma jilbisx il-bra jew jilbsu biss f'ċertu okkażjonijiet mhux biss ma jwassalx biex is-sider jiddendel, imma jista' jgħinhom biex jibqgħu 'l fuq. Dan skont studju minn numru ta' studjużi Franċiżi fl-isptar ta' Besancon li ilhom ħmistax-il sena jsegwu mill-qrib is-sider ta' 130 mara.

    Skont il-Professur Jean Denis Rouillon, il-bra m'hu xejn ħlief “bżonn falz”. Dawn it-tobba Franċiżi qegħdin iwaqqgħu l-idea komuni li mingħajr sapport ta' bra s-sider maż-żmien jinżel 'l isfel. Huwa qal dan meta kien intervistat fuq l-istazzjon tar-radju France Info.

    Mhux biss dan jidher li hu żbaljat, imma li wieħed iħalli s-sider liberu minn kull restrizzjoni, minflok magħluqin jgħinhom biex jibqgħu aktar 'il fuq u jidhru aħjar.

    S'issa dawn huma biss l-ewwel riżultati ta' dan l-istudju ibbażat fuq is-sider ta' 130 mara li aċċettaw li jieħdu sehem f'dan l-istudju. Dawn in-nisa ilhom għal dawn l-aħħar 15-il sena jkollhom sidirhom imkejjel b'mod regolari biex tkun imkejla l-evoluzjoni tas-sider.

    Imma biss wara għaxar snin oħra se nkunu nafu r-riżultati defenittivi ta' dan l-istudju. S'issa, in-nisa li pparteċipaw f'dan l-istudju kellhom benefiċċju ieħor, fil-fatt kollha sostnew li mingħajr bra kellhom inqas uġigħ f'daharhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 9

  •  
    anonimu
    Apr 18, 2013

    min irid li is sider jibqa wieqaf tihdux zokkor. ghamlu searCh SUGASRCAUSES WRINKLES.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 18, 2013

    kif rrid namel biex inkun naf iktar fuq isder.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 18, 2013

    Naħseb l-artiklu kellu jibda: "Li waħda ma tilbisx il-bra jew tilbsu biss f'ċertu okkażjonijiet....". S'issa għadni qatt ma rajt raġel bil-bra

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 19, 2013

    Fidili wkoll dawn l-studjużi Franċiżi, ilhom ħmistax-il sena jsegwu mill-qrib is-sider ta' 130 mara, ehh. Sabuħ is-suġġett biex jistudjaw fuqu. Min mejjet fis-sakra u min mejjet għal qatra.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 19, 2013

    Ghandu bzonn li n-nisa jibdew johorgu minghajr bra w ikollhom kol

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 19, 2013

    Kien hemm bzonn li jejduwa xenzjati francizi din liskoperta?? kikku kien hemm bzonn ta bra in natura hadet zball meta ghamlet il mara iktar nahseb li kien il bniedem li ha zball meta ghamel il bra..

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 20, 2013

    hemm xi job ghalija jew????ma fihx tbattija kieku ticcekja naqra iz-zejziet!!!jien nahdem bhala bennej nahseb hemm naqra differenza!!!!!!!!!!mmmmmmmmm

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 20, 2013

    kemm hu sabih dar-ritratt hahahaha

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 20, 2013

    Maaaaaaaaaaaaa mamaaaaaaaaaaa

    Irrispondi