‘Jerfa’ Dnubietna’ fil-Knisja l-Qadima, Fgura

  • Mar 27, 2018 14:39
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-ġranet ilu konna għadna fi żmien ix-xalar, iż-żmien tal-Karnival. Iżda wara dawn il-jiem jiġu dawk l-40 jum li aħna l-insara nagħmlu penitenza u niftakru fil-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. Bħala Kummissjoni Festa Esterna flimkien mal-esebituri ntellgħu esebizzjoni professjonali b’diversi xogħlijiet u tradizzjonijiet Maltin.

    Din l-esebizzjoni hija mqassma fuq erbgha sezzjonijiet. Insibu li fl-ewwel sezzjoni hemm is-sett tradizjonali, sezzjoni oħra dik tal-aħħar ċena fejn fiha naraw kif kienet issir dak iż-żmien għal ġranet tal-Għid, parti oħra ix-xenarji fejn hemm l-istatwi lifesize fejn jirrapreżentaw partijiet mill-passjoni u il-parti fejn fiha issib ix-xogħol tal-arti sagra antika, l-platti tal-ismit mahduma mill-istess membri u pitturi minn James Azzopardi. 

    Illum ħa nagħtu lill-qarrejja ftit spjegazzjoni x’se jkunu qegħdin jaraw il-viżitaturi li se jaraw din l-esebizzjoni u nibdew bis-sett tradizzjoniali. Dan is-sett mill-isbaħ jikkonsisti minn ħdax-il vara u ġie maħdum mill-artist Johnny Massa (Isla). Ma dan is-sett se ssibu sepurklu mill-isbaħ li huwa bidu ta’ proġett kbir u dan se jieħu tul ta’ żmien dak ta’ mudell ta’ knisja. Ma dan is-sett taraw xogħol ta’ rakmu bid-deheb, skultura fl-injam, induratura bid-deheb u xogħol ta’ fidda.

    Il-Parti l-oħra hija fejn hemm iċ-ċena li apparti l-apparat kollu li ssib fil-mod tradizzjonali għal dak iż-żmienijiet naraw li x-xenarju huwa maħduma eżatt bħal dak li hemm maħdum fil-pittura famuża ta’ Leonardo da Vinci li nsibu f’Milan dik tal-aħħar ikla. F’kull platt li nsibu f’din iċ-ċena se nsibu is-simboli tal-appostli maħduma bl-ismit mill-istess membri tagħna.

    Waħda mill-aktar attrazzjonijiet li timpressjona in-nies hija dik fejn hemm l-istatwi lifesize dan għaliex huma maħduma b’metodu differenti minn statwi oħra. Dawn l-istatwi ġew maħduma mill-artist James Azzopardi (Nadur). Id-differenza ta’ dawn l-istatwi hija li kull xagħra li ssib fihom u anke suf huma mdaħħla waħda waħda fil-ġisem tagħhom b’paċenzja kbira. Apparti hekk li jekk tiġi tmisshom ħa tara li qissek missejt bniedem vera. Ix-xenarji li nsibu huma tnejn dik tal-flaġġelazzjoni u l-oħra dik ta’ Kristu jiltaqgħa ma’ Ommu.

    L-aħħar sezzjoni hija dik ta’ fejn insibu l-oġġetti sagri antiki, platti tal-ismit u pittura. Jjintrama sepurklu li jmur lura il-fuq minn 200 sena. Huwa jiġi armat b’dan il-mod fejn  fih supraporta, angli barrokki, purtieri irakmati bid-deheb, vent artal u aktar. Ma’ dan se nsibu statwi antiki relatati ma’ dawn iż-żmienijiet u li xi statwi minnhom imorru lura għal 300 sena. Ma dan kollu se jkun hemm diversi platti tal-ismit maħduma mill-membri tagħna stess li għal din is-sena żdiedu aktar fil-kwalità u anke fil-kwantità. Ma jonqosx li ma nsemmux lil artist James Azzopardi li se jesebixxi diversi pitturi relatati ma’ dan iż-żmien.

    Minn qalbna f’isem il-Kummissjoni Festa Esterna flimkien mal-esebituri Ryan u Raymond Bezzina nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lilkom li se tkunu qegħdin iżuru din l-esebizzjoni kif ukoll lill-Komunità Karmelitana fejn iselfuna din is-Sala għal dawn il-ġranet u nkunu nistgħu ntellgħu din l-arti hekk sabiħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0