Ħames kumpaniji barranin jinsabu interessati li jiftħu f'Malta ħalli jipproduċu kannabis mediċinali

  • Mar 27, 2018 13:32
  • Miktub minn iNews
"

    Meta ikkuntattjat minn dan is-sit, iċ-Ċerpersin tal-Awtorita tal-Mediċini Serracino Inglott qalilna li huma ħamsa l-kumpaniji barranin li jinsabu interessati li jiftħu f'Malta ħalli jipproduċu kannabis mediċinali.

    Huwa spjega kif wara li l-liġi tgħaddi mit-Tielet Qari u tidħol fis-seħħ ikun imiss l-istadju fejn dawn japplikaw mal-Malta Enterprise u mal-Awtorita tal-Mediċini biex ikunu jistgħu jibdew il-produzzjoni.

    Fl-istess waqt il-Professur Serracino Inglott qal li fil-pajjiż hawn xettiċiżmu kbir fost it-tobba dwar il-preskrizzjoni tal-kannabis mediċinali tant li kien tabib wieħed biss li talab li jagħmel preskrizzjoni għal ħames pazjenti.

    Profs. Anthony Serracino Inglott, insista li Malta għandha timxi fir-rigward tal-kultivazzjoni bħalma qed tagħmel l-Olanda.

    Waqt li semma kif nistgħu nieħdu ideat mill-Kanada, huwa sostna li għandna nimxu mal-proċeduri Olandiżi fejn jipproduċu l-kannabis biss għal skop mediċinali u mhux rikrejazzjonali.

    Il-Professur Serracino Inglott qal li l-kwota biex isir dan tintalab mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika lill-Konvenzjoni Internazzjonali tan-Narkotiċi.

    Kien hawn li semma kif waqt li bħalissa din tagħti l-possibilità lil Malta li timporta sa 80 gramma, anke jekk ma tistax tużaha għax kontra l-liġi, Malta applikat biex timporta 15-il kilo.

    Huwa sostna li jekk nibdew nimmanifatturaw u nesportaw il-kannabis mediċinali se nitolbu għal kwota akbar għalkemm għamilha ċara li ma kienx tal-idea li nesportaw pjanti imma li nagħmlu prodotti minnhom biex il-pazjent ixommhom.

    Profs. Serracino Inglott irrimarka wkoll li madwar id-dinja hawn problema bil-prodotti kollha tal-kannabis dwar jekk hiex mediċina inkella 'food supplement'.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0