Koppja Awstraljana tintbagħat il-ħabs wara li t-tarbija tagħhom tinstab b'35 għadma miksura

  • Mar 26, 2018 13:26
  • Miktub minn iNews

    Koppja żagħżugħa Awstraljana ngħatat sentenza ta’ priġunerija talli naqsu milli jieħdu lit-tarbija tagħhom għall-kura, wara li nstab li din kellha 35 għadma miksura. Sarah Jane Mary Deal, ta’ 24 sena, u Hayden Shane Brooks, ta’ 25 sena, ma ħadux lit-tarbija tagħhom l-isptar minħabba li kienu qed jibżaw li kienu se jitilfu l-benefiċċji soċjali.

    Dan minkejja li f’Mejju tal-2016, tabib kien talabhom biex jieħdu lit-tarbija b’urġenza l-isptar wara li kien innota li kellha diffikultà biex tieħu n-nifs u kienet tidher viżibbilment muġugħa.

    Madankollu minkejja l-parir tat-tabib, huma damu jaħsbha għal xejn inqas minn ġimagħtejn biex jeħduha l-isptar għall-kura, fejn eventwalment minn testijiet li sarulha rriżulta li kienet qed issofri minn diversi ksur f’ġisimha, apparti ġrieħi serji f’wiċċha u f’għajn minnhom.

    F’intervista mal-pulizija, l-omm qalet li ma ħaditx lil bintha minnufih l-sptar minħabba li kienet qed tibża’ li kienet se titlef il-benefiċċju soċjali għal single mothers ladarba l-awtoritajiet kienu se jindunaw li kienet qed tgħix flimkien mas-sieħeb tagħha.

    Minkejja li l-koppja ammetew li bl-aġir tagħhom ipperikolaw ħajjet it-tarbija, huma ma kinux akkużati b’użu ta’ vjolenza fil-konfront tat-tarbija wara li baqa’ ma ġiex ipprovat kif irriżultaw il-ġrieħi tagħha.

    L-omm ngħatat sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija, filwaqt li s-sieħeb tagħha ngħata sentenza ta’ 20 xahar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0