Il-Banda Beland tkompli tkabbar il-familja ta' mużiċisti

  • Mar 26, 2018 12:38
  • Miktub minn iNews

    Tlett bandisti ġodda mistennija jgħatu l-ewwel sehem tagħhom nhar il-Ġimgħa, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira

    Il-Banda Beland taż-Żejtun tkompli tilqa' aktar bandisti ġodda fi ħdanha, mħarrġa fl-iskola tal-mużika tagħha fl-aħħar snin ma' tant oħrajn, u li se jkunu qed jingħaqdu man-numru kbir diġa eżistenti ta' mużiċisti wlied dis-Soċjetà. Matul il-bosta servizzi li jkollha tul il-Ġimgħa Mqaddsa, il-Banda Beland ser tilqa’ fi ħdana lil tlett bandisti ġodda: klarinettista u żewġ bandisti bis-saxophone Alto.

    Fir-ritratt isfel jidhru il-Bandisti l-ġodda tal-Banda Beland, akkumpanjata mill-għalliema rispettivi tagħhom, li huma (Mix-Xellug għall-Lemin): Adriana Spiteri (Saxophone Alto), Mro Joe Cutajar (Għalliem Strumenti tal-Qasba), Mro Tancred Grech (Għalliem Strumenti tar-Ramm u Perkussjoni), Mro Ray Sciberras (Surmast Direttur), Mro Gordon Baldacchino (Għalliem Teorija), Katelynn Zahra (Klarinet), Mirhea Spiteri (Saxophone Alto).

    Minn qalbna nawgurawlhom u nifirħulhom kull suċċess mal-Banda Beland u fil-qasam mużikali f'pajjiżna. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook