33,000 telefonata fix-xahar fuq il-112

  • Mar 26, 2018 10:51
  • Miktub minn iNews
"

     

    Matul is-sena li għaddiet daħlu iktar minn 400,000 telefonata għall-għajnuna fuq in-numru 112 li tfisser medja ta’ 33,000 telefonata fix-xahar.

    Dan sar magħruf f'attivita li fiha l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia inawgura s-servizz il-ġdid tal-112 li huwa n-numru fejn persuna tista' ċċempel f'każ ta' emerġenza.

    Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi, id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila, it-Tabib Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u Christopher Bell li huwa ċ-Chief Information Officer fl-imsemmi ministeru li ħa ħsieb il-kordinazzjoni u t-teknika tas-sistema.

    Farrugia spjega li ċ-ċentru l-ġdid tal-112 se jimplimenta d-direttiva u r-regola tal-UE u b’hekk se jiġu introdotti diversi teknikalitajiet ġodda f’dan is-settur. 

    Is-sistema l-ġdida tal-112 ġiet tiswa madwar €2.3 miljun u se tagħti l-faċilità lil min jirċievi t-telefonata biex ikun jista’ jistabbilixxi l-persuna u l-post minn fejn qed issir is-sejħa għas-servizz ta’ emerġenza. 

    Farrugia semma kif is-sistema l-ġdida toffri s-servizz tal-eCall, sistema fejn f’każ ta’ inċident tat-traffiku li jkun massiċċ jintbagħat messaġġ awtomatikament u s-sewwieq jew il-passiġġier tal-karozza jkunu jistgħu jitkellmu direttament mal-uffiċjal tal-112. 

    Huwa qal ukoll li s-sistema toffri 'advance mobile location', servizz li għandu l-faċilità li jagħraf il-lokalità u l-madwar ta’ dik il-persuna li qed iċċempel għall-għajnuna. 

    Dan it-titjib fis-servizz se jwassal biex tiżdied l-effiċjenza tiegħu u b'hekk l-ewwel għajnuna se tkun tista' tingħata fl-iqsar ħin possibbli.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0