Isib tarbija abbandunata… jerġa’ jiltaqa’ magħha wara 58 sena

  • Mar 25, 2018 15:09
  • Miktub minn iNews

    Immaġinaw ftit. Ta’ erbatax-il sena tmorru f’bosk jew foresta żgħira, jew f’xi post ieħor u tisimgħu leħen ta’ tarbija tibki. Madwarek ma jkunx hemm ruħ u l-post ikun diżabitat. X’tagħmel?  Naħseb li tweġiba tal-parti l-kbira minnkom tkun li tara minn fejn ġej il-ħoss biex tistabbilixxi. It-tiftix iwasslek biex isib  tarbija ta’ ftit jiem.  Ċirkostanza simili għadda minnha Dave Hickman. Ċirkostanza li baqgħet taffettwah għomru kollu. Tant li kull tant snin kien beda jagħmel tiftix biex jipprova jerġa’ jiltaqa’ mal-persuna li hu kien sab tarbija. Kellhom jgħaddu 58 sena biex irnexxielu jagħmel dan.

    Imur jikkaċċja... u jsib it-tarbija

    Dave Hickman  kienu mar jikkaċċja f’forsta f’Richmond f’Indiana fl-Istati Uniti.   Miegħu kien hemm ukoll nannuh.  F’ħin minnhom hu sema’ bħal ħsejjes ta’ tarbija qed tibki. Dak il-ħin mingħajr ma tkun taf tibda taħseb ħafna affarijiet dwar x’jista’ jkun. Dave, iddeċieda li jipprova jsib x’kien dak il-ħoss. Mexa madwar 100 jarda u quddiemu sab tarbija li kienet mitluqa fuq arbuxell żgħir.   Dave immedjatament għajjat lil nannuh.  Għad-dehra tat-tarbija, nannuh mill-ewwel infurmah li jridu jeħduha l-isptar. Abbandunaw il-kaċċa u telqu bil-ġiri lejn razzett li kien hemm fil-qrib. Minn hemmhekk huma għamlu kuntatt mal-uffiċċju tal-Pulizija. Il-Puliżija marru fuq il-post jinvestaw waqt li t-tarbija ittieħdet lejn l-isptar.

    Ftit xhur wara, it-tifla li kienet ingħatat l-isem ta’ Roseanne Wayne ittieħdet fl-iskola tat-tifel. Din saret biex it-tifel ikun jista’ jsellmilha għall-aħħar darba qabel tingħata għall-adozzjoni. Dik kienet l-aħħar darba li Dave reġa’ ra lil dik it-tarbija.

    Jagħmel snin ifittixha….imma kien 

    kollu għal xejn

    Matul is-snin ta’ wara Dave kien għamel diversi tentattivi bl-għan li jirnexxielu isib lil min adotta lil dik it-tifla. Ix-xewqa tiegħu kienet li jerġa’ jiltaqa’ magħha.  Kien f’Diċembru tas-sena 2013 meta hu għamel l-aħħar tentattiv biex jipprova isibha. Din id-darba hu kien għamel kuntatt ma’ l-investigatur privat John Catey.  

    Catey għamel din il-biċċa xogħol bħala misjsoni personali.  Intervista xejn inqas min 75 persuna u kien fittex f’għadd ta’ fajls fil-Wayne County Courthouse u f’Morrisson Reeves Library.  Wara ġimgħatejn tiftix hu kellu aħbarijiet x’jagħti lil Dave.

    L-investigatur iċempel lil Dave u jgħidlu ‘ikteb dan l-isem ‘Mary Ellen Suey’. Dave jistaqsih dan l-isem x’ifisser u l-investigatur iwieġbu: “din hi t-tifla li ilek tfittex’.

    Catey jgħid li “jien kont kuntent ħafna li kien irnexxieli nsibha. Kont kuntent għalihom it-tnejn.

    Mill-banda l-oħra, ir-raġel ta’ Suey jgħid li martu kienet taf bl-istorja unika tal-adozzjoni tagħha. Jgħid li hi kellha trobbija feliċi imma kellha dispjaċir wieħed dak li qatt ma kienet iltaqgħet ma’ dawk li sabuha snin ilu.

    Dave Hickman ma jonqos li jirrakkonta kif kienet it-tarbija meta nstabet.  “Kienet imxarrba għasra.   Xufftejha kienu ta’ kulur blu. Kien imgewżra f’xugaman. Nannuhi kien qal li rridu naġixxu malajr”.

    Jiltaqgħu wara 58 sena… Suey tgħid li Dave hu l-eroj tiegħi

    Meta ltaqgħu, Suey iddikjarat bla tlaqlieq li “Dave hu l-eroj tiegħu. Li kieku ma kienx hu jien m’iniex hawn illum”.  Ftit ħin wara tfaċċa Dave u hu ippreżentalha tlett wardiet.  Kien hemm min tħawwad għaliex tlett wardiet. Imma Dave ma damx ma spjega. Dawk it-tlett wardiet kienu juru it-tlett darbiet li huma iltaqgħu.

    “Ilni nistenna dan il-mujemnt 58 sena”,  beda biex qal Dave waqt li nfaqa jibki.

    “Kuntenta ħafna li fl-aħħar iltqajt ma’ dawk li sabuni.  Eċċitata ħafna.  Hi xi ħaġa sabiħa li tiltaqa’ ma’ dak li jkun sabet u tirringrazzjah ta’ dak li għamel”, sostniet Suey.

    Dave jispiċċa bla kliem

    F’din il-laqgħa li seħħet bejniethom għal xi ħin Dave spiċċa bla kliem. Ma kienx jaf x’se jaqbad jgħid aktar. Kien hawn li intervjeniet Suey.  “Issa naħseb li hi l-parti fejn inti għandek tgħid li llum inti tidher differenti ferm minn l-aħħar laqgħa li ltqajna’, iddikjarat bi tbissima fuq xoffitha.

    Għal din il-laqgħa kienet attendiet is-sindku ta’ Richmond Sally Hutton fejn hi sostnieh li “din l-istorja turi li inti m’għandek qatt taqta’ qalbek.  Trid tibqa’ tiġri wara l-ħolms tiegħu u dak li tkun tixtieq twettaq. Storja li turi ukoll li hawn ħafna nies tajbin u li se jibqa’ jkollna  bħalhom.”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0