Toqtol lil żewġha, lit-tlett uliedha u lil ħu s-sieħeb tagħha bil-velenu tal-ġrieden

  • Mar 24, 2018 18:50
  • Miktub minn iNews

    “L-Armla s-Sewda”. Dan hu l-laqam li kienet ingħatat Martha Needle.  Mara li finalment instabet ħatja li qatlet ħames persuni.  L-arma tagħha ma kinux armi jew skieken imma l-velenu tal-ġrieden. Hi spiċċat ingħatat is-sentenza tal-mewt. Waqt is-sentenza  tal-mewt spikka l-mod kif hi ma uriet l-ebda emozzjoni. L-istess kif ma uriet l-ebda emozzoni meta rat lit-tlett ulieda u lir-raġel tagħha imutu bil-mod il-mod kawża tal-velenu.

    Martha kienet magħrufa bħala li kient mara sabiħa ħafna. Imma kienet ukoll manipulattiva u tat tkun arroganti sew. Meta twieldet fid-9 ta’ April tas-sena 1863 hi ingħatat l-isem ta’ Martha Charles.  Hi twieldet f’Morgan f’South Australia. Kollox jindika li fid-dar fejn kienet tgħix kien hemm il-vjolenza. Tilfet lil missierha ta’ età żgħira u minħabba dan kellha toħroġ tagħdem f’xogħol domestiku.  Hi kienet taħdem f’Port Adelaide fejn hemmhekk hi kienet iltaqgħet ma’ Henry Needle.

    Iżżewġu u kellhom tlett itfal Mabel, Elsey u May.  

    Jitilqu lejn Melbourne

    Kienu ddeċidew li ma jibqgħux jgħixu f’Adelaide u marru jibdew ħajja ġdida f’Melbourne.   Kienu jgħixu f’Cubitt Street f’Richmond.  Heny u martu kienu ferħanin ħafna b’ħajjithom f’Melbourne u l-ġirien kienu jqisuhom bħala koppja eżemplari.  Ġara iżda li wara li għaddew madwar sentejn bdew jidhru fil-beaħ l-ewwel problemi. Kienet qed tidher li r-relazzjoni bejniethom m’għadhiex li kienet. Martha bdiet ta’ sikwit tidher ħierġa waħedha. Kienet sitwazzjoni li aktar bdiet iġġib tensjoni u dan hekk kif Henry beda jgħir għaliha.

    It-tifla timrad u tmut

    Ftit xhur wara eżattament fit-28 ta’ Frar tas-sena 1885, Mabel, it-tifla li kien għad kellha biss tlett snin mardet u ftit wara mietet. Hi kienet qed tkun ikkurata minn tabib.   Meta mietet missierha kien f’Sydney iittex xogħol. Ma tantx dam ma rritorna u meta rritorna ir-relazzjonijiet aktar ħżienu. Ma tantx għadd żmien, għax Henry marad.  Hu ukoll kien beda jiġi kkurat mill-istess tabib li kien ikkura lit-tifal. Hu rrifjuta li jieħu ikel jew affarijiet oħra li bdiet ittiħ martu. Hu rappurtat li hu beda jwarrabhom, jitfagħhom fl-art jew saħansitra jwaddabhom lejn il-ħajt tal-kamra. Mhux magħruf għaliex aġixxa b’dan il-mod. 

    Hu beda jiekol biss meta jgħidulu biex jagħmel hekk terzi persuni li kienu jmorru fid-dar tagħhom fosthom infermieri ħbieb ta’ Martha.  Finalment hu spiċċa miet.  It-tabib iċċertifikat bħala li miet b’hepatitis u nuqqas ta’ nutriment minħabba li beda jirrifjuta l-ikel. 

    F’disa’ xhur imutu iż-żewġ itfal l-oħra

    F’Diċembru tas-sena 1890, tmut Elsie. Hi kellha biss sitt snin.  Għamlet xejn inqas minn tlett ġimgħat marida.  F’Awwissu tas-sena ta’ wara mietet May li kellha 4 snin u 11-il xahar.  Din kienet iċċertifikat li mietet minn ‘Tubercular Meningitis’.

    F’Jannar tas-sena 1892, Martha bdiet taħdem bħala tieħu ħsieb id-dar ta’ Otto u Louis Junckens f’Richmond.  Louis kellu negozju.   F’April ta’ dik is-sena, Martha beda jkollu relazzjoni ma’ Otto, xi ħaġa li m’għoġbitx lil Louis.  Dan filfatt beda joġġezzjona li ħuħ jiżżewweġ persuna li kellha temperament qasir. 

    Jidher li Louis kien ivvalenat fit-18 ta’ Awwissu tas-sena 1893 u għamel kważi ġimgħatejn ma jiflaħx. Finalment hu ta’ l-kunsens biex isir iż-żwieġ. F’April tas-sea 1894  hu reġa’ spiċċa bl-istess sintomi fosthom ta’ remettar.  Hu kien ikkurat minn qarib tiegħu u l-kundizzjoni tiegħu marret għall-aħjar.  Din il-qarib telqet minn daru fl-10 ta’ Mejju u ftit ħin wara Martha tmur u tixtri kaxxa velenu tal-ġrieden.  L-għada filgħodu hi ppreparat il-kolazzjon u kien wara li kiel li Louis reġa’ ħassu ma jiflaħx. Hu miet fil-15 ta’ Lulju it-tabib jiċċertifikat li hu miet minħabba infjammazzjoni fl-istonku.

    Il-kwistjoni marbuta maż-żwieġ kienet għadha mhix finali u dan għax kemm ħuħ l-ieħor Hermann kif ukoll omm Otto, ma kienux qed jaqblu li jsir dan iż-żwieġ. Hermann spiċċa fil-mira tagħha ukoll għax ippruvat tivvalenah. Intuża l-arseniku. It-tabib li inġab ġewħ is-suspetti ta’ x’seta’kien qed jiġri.  Martha inqabdet filfatt toffri te ivvalenat b’10 grammi arseniku lil Hermann.

    Aktar tard il-katavri tar-raġel tagħha u ta’ uliedha inqalgħu mill-qabar u fihom instabu traċċi tal-velenu.  Il-katavru ta’ Louis inqala’ ukoll u  fih ukoll instabu traċċi ta’ velenu.

    Tikteb ittra lil Otto

    Wara ġuri ta’ tlett ijiem hi instabet ħatja u ingħat il-piena tal-mewt.  Tikteb lil Otto u tgħidlu “kif kienet ix-xewqa tiegħek qed niktiblek. Dan hu l-aħħar jum tiegħi f’din id-dinja u ma nafx x’se naqbad ngħidlek.  Serraħ rasek li għad niltaqgħu f’post li fih ma nkunux nistgħu ninfirdu aktar. Missierek, ħuk u t-tfal tiegħi jiġi jilqgħuk. Kelli lejl mhux ħażin. Inti u l-qraba kont l-ħin kollu fit-talb tiegħi.  Meta se tirċievi din l-ittra, aħseb fiha bħala persuna li qiegħda f’dar kuntenta ma’ dawk li nħobb, waqt li nindokra lilek.”

    Għalkemm fuq l-imwiet ta’ uliedha u żewġha hi kienet ħadet flus mill-assigurazzjoni, baqa’ ma kienx magħruf għaliex hi wettqet dawn l-atti.

    Ta’ min jgħid li fil-15 ta’ Lulju tas-sena 1920, it-tifel il-kbir ta’ oħt Martha kien ingħata l-forka f’Adelaide. Dan wara li qatel lil martu Muriel. Hu kien qatilha billi vvalenaha bil-velenu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0