SZA mhux se jikkontesta l-kariga ta' President tal-PL

  • Apr 10, 2013 16:31
  • Miktub minn

    Ftit tal-ħin ilu fuq facebook l-President tal-Partit Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar li mhux se jkun qiegħed jikkontesta din il-kariga.

    Kien inewsmalta.com li ftit tal-jiem ilu ħabbar li kien hemm ħjiel li Stefan Zrinzo Azzopardi mhux se jikkontesta l-kariga ta’ President tal-partit.

    "Illum fetħu n-nomini għat-Tmexxija, uffiċjali tal-Amministrazzjoni u membri tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit. Wara disa' snin u nofs inservi bħala President tal-Partit, mhux se nkun qed nerġa' nitfa' n-nomina tiegħi għal din il-kariga.
    Nirringrazzja lill-Konferenza Ġenerali li tatni l-appoġġ biex inservi lill-partit f'din il-kariga matul dawn is-snin. Flimkien wettaqna ħidma kbira. Esperjenza li tant ngħożż. Grazzi lil dawk kollha li kienu ta' għajnuna tul dawn l-aħħar snin. Inkomplu nħarsu 'l quddiem lejn kisbiet oħra filwaqt li nkomplu niġġeddu," kiteb Zrinzo Azzopardi fuq facebook.

    Intant L-aktar persuna li qed tisemma' għal din il-kariga hu l-Perit Daniel Micallef li hu l-President tal-FZL, kariga li kif stqarr fil-ġranet li għaddew mhux se jerġa jikkontesta. Micallef qiegħed ikun meqjus bħala l-kandidat ewlieni għall-kariga ta' President tal-Partit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0