Dak voluntier!

  • Apr 10, 2013 15:48
  • Miktub minn

    Tajjeb jew ħażin, l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż sfiduċjat lil Richard Cachia Caruana. Dan seħħ f’Mejju 2012.

    Fit-8 ta’ Ottubru 2012 kien irriżulta li Richard Cachia Caruana kien żamm il-kariga ta’ konsulent mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. Żamm ukoll it-titlu ta’ ambaxxatur.

    Ftit xhur wara li kien sfiduċjat, fil-Parlament, Gonzi ippreżenta l-ittra li biha Cachia Caruana beda dan l-impjieg. Gonzi żied li Cachia Caruana rrifjuta li jirċievi salarju. Voluntier!

    Fil-Parlament, Lawrence Gonzi kien qal ukoll: “Kif kont diġa’ stqarrejt, jiena nqis li huwa fl-interess nazzjonali li l-Gvern ikompli jagħmel użu mill-esperjenza twila u l-ħila ta’ din il-persuna f’dak li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. Għalkemm huwa aċċetta li jservi ta’ konsulent dwar materji marbuta mal-Unjoni Ewropea, huwa talab li jagħmel dan fuq bażi part-time u rrifjuta li jirċievi salarju.”

    Issa fl-aħħar ħinijiet, il-Ministru George Vella żvela li wara li l-Parlament sfiduċjah, Cachia Caruana sewa lill-kaxxa ta’ Malta s-somma ta’ €239,000 f’benefiċċji għat-tmien tal-impjieg. Minbarra hekk se jieħu €141,600 (€5,900 fix-xahar ghal sentejn),. Dan ifisser total ta' €380,685.

    Voluntier ukoll! Iridiex ta’ missjunarju?

    Intant, dan hu eżempju ieħor ta’ gvern li kellu relazzjoni mal-poplu tiegħu bbażata fuq in-nuqqas ta’ verità, il-qerq u l-ħabi. Mhux ta’ b’xejn tonqos il-fiduċja fl-istituzzjonijiet u mhux ta b’xejn li l-poplu sfiduċjah b’€36,000 vot. Dan hu każ tipiku ieħor dwar kif m’għandux jimxi il-gvern il-ġdid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Mej 11, 2013

    Dan Richard Cachia Caruana ma nistax nifhem liema skuza sa jgiblu lil Sidna Gesu meta jmur quddiemu ghal gudizzju. Ma nafx x'behsiebu jaghmel biex jikkonvincih halli ma jibghatux l-infern. Nispera li mhux sa jiehu dawk il-flus

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Mej 24, 2013

    Jien nistaqsi jekk meta qala daqqa ta sikina Imdina kienx gharaf lil aggressur? U 30,000 lira meta qala imsemmija daqa ta xiex hadhom? (ghax ma gharaf lil hadd),

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 08, 2013

    Jekk ma tridux diskriminazzjoni, itolbu li dawn in-nies ma jibqghux jezistu ghax sakemm jibqghu nazzjonalisti hekk se nibqghu, tistagghbux ghax anke mill-gvern taghna kultant nigu deskriminati. Naf x'igifieri jien.

    Irrispondi
  •  

Facebook