“L-iben” - dramm tal-passjoni b’differenza

  • Mar 22, 2018 14:37
  • Miktub minn iNews

    Għalkemm din hija ġrajja tradizzjonali li kulħadd jaf, toħodna lura fi żmien meta Ġesu kien għadu d-dar ma ommu qabel telaq għall-missjoni tiegħu.  

    F’din il-ġrajja naraw kif Ġesu kien jaf lil Mariam u bejnithom kienet nibdet ħbiberija speċjali li wasslet lil Mariam tħobbhu aktar minn ħabib.  Naraw ir-relazzjoni li Ġesu’ kellhu ma’ ommu Maria li għalkemm hija kienet taf għalxiex kien sejjer dejjem kienet miegħu sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu.

    Din il-ġrajja turina ukoll is-sitwazzjoni li kien hemm bejn ir-Rumani u Żeloti u l-mibeda kbira għal Ponzju Pilatu li kien il-Gvernatur tal-Lhudija dak iż-żmien.  

    Naraw liż-Żeloti flimkien ma’ Barabba jikkonfofaw biex joqtlu lil Pilatu u kif il-pjan tagħhom wassalhom biex jaħarqu d-dar ta’ Eliezer, missier Mariam, li kien il-qaddej ta’ Pilatu f’dak iż-żmien.  Eliezer kien imġiegħel jaħdem magħhom għax kien mhedded li jekk ma jikkoperax magħhom joqtlulu lil bintu Mariam li wara l-ħruq tispicca mrobbija min Gozwe u Gezabell.  

    Dan ta’ l-aħħar lil Mariam kien jaħqara u ntroduċija għax-xogħol ta’ prostituzzjoni biex jivvendika ruħu minn missierha Eliezer.  Mariam tixba tgħix fil-moħqrija u swat u taħrab lejn Jerusalem.  Hemmhekk naraw il-ħajja tagħha tinbidel meta tiltaqa’ mal-istess Ġesu li jgħidilha timxi warajh.

    Pilatu, min-naħa l-oħra naraw is-sitwazzjoni fil-palazz flimkien ma’ martu Klawdja u ma’ sigriet li kien ilu jippersegwitah is-snin.  Dan is-sigriet kien jafu biss Eliezer u wara li spiċċa maħtuf, Pilatu ħass li kien tilef persuna mportanti f’ħajtu għax kien jistmah aktar minn qaddej.  Is-sigriet tiegħu jerġa jippersegwitah meta Geżabell tmur tkellmu l-palazz wiċċ imb wiċċ.  Hemmhekk Pilatu jissammar bl-aħbar li tatih u jispiċċa jkun se jitlef l-aktar persuna importanti f’ħajtu.

    Għalhekk ‘L-Iben’ huwa dramm li jurina kif il-verità dejjem tirbaħ ikunu xi jkunu l-konsegwenzi. 

    Fost l-atturi li jiehdu sehem f’dan id-dramm insibu lil: Wayne Pace fil-parti ta’ Ġesu, Ritienne Sammut fil-parti tal-Madonna, Rainer Cassar fil-parti ta’ Ġożwe, Manwel Cucciardi fil-parti ta’ Ġuda, Simon Tabone fil-parti ta’ Pilatu, Jean Pierre Grech fil-parti Barabba, Andrew Tabone fil-parti ta’ Ċenturjun, Johan Curmi fil-parti ta’ Pietru, Mandy Gatt fil-parti ta’ Mariam u Renald Formosa fil-parti ta Annas fost oħrajn. Id-dramm għandu kitba oriġinali ta’ Ritienne Sammut u Mandy Gatt b’direzzjoni artistika ta’ Mario Gatt u Rainer Cassar u Produzzjoni ta’ C.G. Productions.

    Dan id-dramm ser jittella’ nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu fit-7.45pm u l-Ħadd 25 ta’ Marzu fis-6.45pm fis-sala Dun Mikiel Scerri f’Ħaż-Żebbuġ li tinsab bi swit il-Knisja Parrokjali ta’ San Filep. Dawk kollha interessati li jirriservaw post, għandhom iċemplu fuq 999 46 999. Intant, il-produzzjoni jixtiequ jirringrazzjaw lil Żebbuġ Pageant Group li bl-għajnuna tagħhom qed ikun possibbli li jittella’ dan id-dramm.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0