Imħatra li...

  • Lul 24, 2012 16:19
  • Miktub minn

    X'inhi l-probabbiltà li jgħaddi UFO waqt il-ftuħ tal-Olimpjadi? Jew li l-aħħar atleta jaqa' bit-torċa f'idu? Jew imħatra aktar tradizzjonali bħal min taħseb li se jieħu d-deheb fl-għawm sinkronizzat, ir-Russja jew Spanja?

    Id-djar tal-imħatri se jagħtu opportunità li jsiru mħatri fuq kwalunkwe ħaġa possibbli, fosthom 26 dixxipilina sportiva, mit-tellieqa tal-100 metru għall-għawm, mill-futbol għall-beach volleyball. L-industrija tal-imħatri mistennija ddaħħal £100 miljun fil-ġranet tal-Olimpjadi.

    William Hill, waħda mid-djar tal-imħatri ewlenin, qalet li se tagħti l-opportunità li jsiru mħatri fuq kwalunkwe ħaġa. William Hill joffru wkoll servizz ta' imħatri online f'182 pajjiż.

    Ladbrokes, kumpanija oħra tal-imħatri Ingliża qalet li se tagħti 11,000 suġġett fejn wieħed jista' jagħmel imħatri fuqhom dawn se jinkludi jekk l-Olimpjadi hux se jaqbżu l-baġit previst, jekk hux se jiġi ppublikat ritratt ta' atleta jiekol jew jekk hux se jispiċċaw il-condoms fil-villaġġ Olimpiku.

    Ovvjament minħabba li l-Olimpjadi se jsiru f'Londra se jkun hemm ħafna imħatri fuq it-temp.

    L-industrija tal-imħatri fl-Ingilterra ddaħħal $9 biljuni fis-sena, li hija waħda mill-akbar industriji ta' dan it-tip fid-dinja.

    Hemm ukoll biżgħat li l-imħatri jwasslu għall-korruzzjoni li jispiċċaw itappnu l-Olimpjadi. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), waqfu lill-atleti milli jagħmlu l-imħatri. Uffiċjali sportivi, il-pulizija, u uffiċjali mill-industrija tal-imħatri se jiltaqgħu kuljum biex b'hekk inaqsu r-riskju li jkun hemm imħatri llegali u korruzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook