340 persuna f’purċissjoni f’San Vinċenz

  • Mar 20, 2018 11:04
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis u l-Ispeaker Anġlu Farrugia attendew għall-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa f’San Vinċenz de Paul. 

    Din il-purċissjoni tittellgħa mill-Kumitat Ġimgħa l-Kbira San Vinċenz u bdiet issir fl-aħħar għaxar snin. 

    340-il persuna ipparteċipaw f’din il-purċissjoni, fosthom 60 ħaddiem, familjari u voluntiera minn diversi parroċċi, bil-parteċipazzjoni tal-Banda Trinità Mqaddsa tal-Marsa, ir-Rumani Ħal Luqa, il-Fratellanza Madonna tal-Karmnu Żurrieq, San Ġorġ Ħal Qormi, Santa Marija tal-Mosta u l-Vestwarju ta’ Ħal Qormi. 

    Din l-attività kienet miftuħa għar-residenti ta’ San Vinċenz de Paul, residenti minn djar oħrajn, familjari u ħbieb ta’ dawn l-anzjani.

    Il-vari, li huma parti mill-purċissjoni, huma xogħol Michael Bonnici, impjegat f’San Vinċenz de Paul. Il-ħwejjeġ u x-xogħol tal-metall huma xogħol Tony Zammit u l-armar tal-knisja kien magħmul minn Manwel Desira. Il-purċissjoni tmexxiet minn Charles Sammut.

    Attivitajiet bħal dawn huma importanti biex iżommu lill-anzjani attivi u jgħixu b’mod dinjituż. Din il-purċissjoni tagħti wkoll l-opportunità lill-anzjani biex igawdu t-tradizzjonijiet Maltin u l-aspett spiritwali tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-attivitajiet iżidu l-atmosfera biex San Vinċenz de Paul ma tkunx biss residenza fejn l-anzjani jieħdu kura medika fit-tul iżda anke biex ikollhom ambjent li jgħinhom iħossuhom aħjar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0