Il-Ministeru tal-Finanzi jispjega l-ħlas tat-taxxa tas-sisa mill-Enemalta

  • Apr 09, 2013 19:17
  • Miktub minn

    Fi stqarrija l-Ministeru tal-Finanzi ta' spjegazzjoni dwar il-ħlas tat-taxxa tas-sisa. Il-Ministeru spjega li s-sena li għaddiet l-Enemalta m’għaddietx lill-Gvern €66 miljun f’taxxa tas-sisa fuq il-fuel.

    “Dan l-ammont huwa dovut mill-Enemalta u qegħdin nuruh bħala li huwa dovut fil-kotba tal-Gvern. L-Enemalta wkoll qiegħda turih bħala li huwa dovut lill-Gvern fil-kotba tagħha,” intqal fl-istqarrija.

    Kien spjegat li bħalma jiġri f'kull Baġit, ilbieraħ ġew ippreżentati żewġ ċifri tal-iżbilanċ tal-Gvern għall-2012.

    L-ewwel ċifra turi l-Fond Konsolidat b’defiċit ta’ €342 miljun. Dan jaħdem fuq il-bażi ta’ cash accounting u huwa d-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern.

    Dan l-iżbilanċ fil-Fond Konsolidat kien jonqos b'€66 miljun kieku t-taxxa tas-sisa għaddiet mill-Enemalta lill-Gvern fl-2012.

    It-tieni ċifra tal-iżbilanċ li tajna hija dik maħduma fuq il-bażi tal-accrual accounting u li hija ta’ €225.9 miljun jew inkella ta’ 3.3% ta’ dak li jipproduċi l-pajjiż.

    Din iċ-ċifra tinkludi s-somma ta' €66 miljun kif tirrikjedi din is-sistema ta' accounting.

    “Jiġifieri d-defiċit ta’ 3.3% bbażat fuq is-sistema ta' accruals skont kif tirrikjedi l-Unjoni Ewropea mhux ġej għax l-Enemalta ma ħallsitx it-taxxa tas-sisa,” qal il-Ministeru tal-Finanzi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0