Il-Profs Fenech jieħu ħsieb l-istress tad-deputati

  • Apr 09, 2013 17:55
  • Miktub minn
"

    Kien diskors mhux tas-soltu dak tal-Professur Albert Fenech fil-Parlament. Tipikament bil-kariżma tiegħu, Fenech tkellem dwar l-istress u spjega kif fil-Parlament ikun hemm ħafna stress li jista’ jtella’ l-pressjoni u l-kolesterol. Fenech, spjega kif l-istress iġib żewġ reazzjonijiet. Jew reazzjoni li tiġġieled jew inkella li taħrab. U meta r-reazzjoni tkun li taħrab jonqos anke l-aptit għas-sess.

    “Meta bniedem irid jiġġieled jew jaħrab jitlef kull interess fis-sess. Għax ngħidilkom jiena, kieku l-istress kellu effett oppost. Kieku jiżdied l-aptit għas-sess ħadd ma jkun irid jiġġieled jew jaħrab,” qal Fenech li żied kif fil-kamra se jkun hemm ħafna stress. Qal li disa’ tobba fil-kamra mingħajr għodda ma jfissru xejn. U għalhekk ħaseb għall-għodda.

    “Għan-nom tal-Malta Heart Foundation avviċinajt kumpanija Maltija li tat bħala rigal lill-kamra defibrilatur li eventwalment inwaħħluh f’post prominenti mal-ħajt,” qal il-Professur Fenech. Hawn intervjena d-deputat speaker Ċensu Galea. “Onorevoli Fenech trid tagħti permess lill-ispiker biex nużawh għax normalment l-affarijiet li tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra jissakru f’kamra,” qal Galea.

    “Biex tużah int u jużah ħaddieħor irid ikun hemm it-taħriġ u kumpanija Maltija oħra ġentilment offriet li tħarreġ l-impjegati ta’ hawn dwar kif jintuża. Irrid inserraħ moħħ il-Ministru tal-Finanzi, li forsi tani ħarsa kerha, peró din gratis. M’għandekx nefqa,” qal Fenech filwaqt li serraħ ras Scicluna. Għalkemm wissih li se jitolbu biex fil-futur “jintefqu fit soldi” biex affarijiet bħal dawn jitpoġġew f’postijiet pubbliċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0