Ġuda ta' Kedron...Dramm tal-Passjoni li m’għandux jintilef

  • Mar 14, 2018 08:22
  • Miktub minn iNews

    Għad-disa’ sena konsekuttiva, iċ-Ċentru 19 ta’ Novembru 1944, Bormla, se jtella’ d-dramm tal-Passjoni, ’Ġuda ta’ Kedron’. Kif jixhed it-titlu tad-dramm, il-ġrajja tad-dramm ddur mal-persuna ta’ Ġuda, bin Xmun l-Iskarjota. 

    Naraw lil Ġuda f’kunflitt dirett għall-ħelsien ta’ artu mill-ħakma tar-Rumani. Naraw kif Ġuda ġie mqarraq minn dawk ta’ madwaru, saħansitra anki minn dawk li kienu tant qrib tiegħu. Min-naħa l-oħra, naraw lil Kristu li ġie fid-dinja biex jeqred il-ħażen li spiċċa ħallas għalih b’ħajtu. Qatt daqs f’din il-ġrajja, l-imħabba u l-mibegħda ma kienu daqshekk viċin. Kif qatt ma kienu daqstant viċin it-telfien u l-qawmien. 

    Dan id-dramm, li m’għandux jintilef minn dawk kollha li jħobbu dawn id-drammi, se jsir nhar is-Sibt, 17 ta’ Marzu, fis-7.30p.m. u l-Ħadd 18 ta’ Marzu, fis-6.30p.m. fis-Sala tal-Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Għall-bookings wieħed jista’ jċemplu fuq 7930 8900, 9912 0205 jew 7906 6304. Dħul b’donazzjoni ta’ €7.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0