Moody's bi tbassir negattiv għall-Ġermanja

  • Lul 24, 2012 15:05
  • Miktub minn

    Ir-rekord pożittiv tal-ekonomija Ġermaniża qiegħed taħt il-lenti hekk kif Moody's bidlet it-tbassir fuq l-ekonomija Ġermaniża minn wieħed pożittiv għal wieħed negattiv.

    Moody's bidlet ukoll il-ħsieb tagħha dwar l-Olanda u l-Lussemburgu. Dan il-bdil huwa ferm inqas gravi minn meta tkun imnaqqsa r-rata ta' self. Moody's qalet li għamlet dan minħabba li dawn il-pajjiżi se jġorru l-piż tal-ekonomiji falluti ta' Spanja u Italja.

    Il-bonds Ġermaniżi żammew ir-rekord ta' stabbiltà li ilhom iżżommu snin, pero dawk Spanjoli jidhru li mhux se jkunu sostenibbli għal ħafna aktar. Dan qed ikabbar il-biża' li Spanja terġa' titlob għall-għajnuna lill-pajjiżi membri taż-żona Ewro, għajnuna li mhux se tkun tista' tingħata.

    Bir-rata eċċellenti tal-Ġermanja AAA taħt theddida, il-kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, se tiffaċċja aktar inkwiet mill-partit tagħha stess biex tiskura appoġġ għall-pjan biex tiġi mħarsa ż-żona ewro.

    Il-ġimgħa li għaddiet Merkel bil-kemm rnexxielha tikseb maġġoranza biex jappoġġjaw programm ta' għajnuna lill-banek Spanjoli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook