Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kif qatt ma rajtu qabel

  • Mar 13, 2018 20:59
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ħabbret li nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu l-pubbliku se jkun jista’ jżur il-Kon-Katidral bla ħlas. Waqt din l-attività li se tkun mill-5:00pm sad-9:00pm, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jżuru wkoll il-gallarija interna li nfetħet riċentement.

    “Permezz ta’ kultura inklussiva u aċċessibbli qegħdin noffru aktar għarfien dwar dak kollu li jagħmilna Maltin,” stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Hu kompla jgħid li se jibqa’ jaħdem biex dawn l-avvenimenti dejjem jibqgħu jsiru u kemm jista’ jkun jiżdiedu. “Bħala Malti, nemmen li għandna inkomplu nesponu l-istorja tant rikka ta’ pajjiżna u nagħmlu kultura disponibbli għal kulħadd. L-open days qed ikunu ta’ suċċess, kif ukoll huwa evidenti kemm in-nies jistennewhom u jattendu bil-ħerqa. Fil-fatt fl-aħħar open day ta’ Heritage Malta li saret fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien kien hemm aktar minn sitt elef ruħ li attendew għal din il-ġurnata. Dan qiegħed iħeġġiġna biex inkomplu niftħu aktar siti għall-pubbliku.

    Il-President tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann Wilfrid Buttigieg, spjega li dan l-aspett ġdid fir-rotta tal-viżitaturi ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku u minn mindu infetħet jidher li n-nies qegħdin itellgħu iktar ritratti fuq il-midja socjali ta’ din il-veduta spettakolari tal-Kon-Katidral. Buttigieg kompla jgħid li, “L-għan tagħna bħala Fondazzjoni huwa li iktar Maltin u Għawdxin igawdu u japprezzaw dan il-ġojjell nazzjonali. Il-Fondazzjoni bdiet proċess ta’ djalogu u ta’ ħidma id f’id ma’ entitajiet oħrajn lokali bħal Heritage Malta biex permezz ta’ kollaborazzjoni u ħidma konġunta jissaħħaħ il-prodott kulturali Malti.”

    Il-kuratur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann Cynthia de Giorgio, spjegat il-funzjoni tal-gallerija “li tgħaqqad u tagħti aċċess minn ġewwa għall-kampnari u li ġiet irranġata flimkien mal-bieb prinċipali fi żmien il-Gran Mastru Nicolo Cotoner. Tqiegħed perspex tul il-gallerija kollha biex jissalvagwardjaw il-viżitaturi speċjalment it-tfal peress li l-spazju bejn il-balavostri huwa wiesgħa.” 

    Il-Kap Ezekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit, ħabbar inizjattivi oħra li ser jibbenifika minnhom il-poplu Malti u Għawdxi. “Fil-fatt qegħdin nippromwovu ġurnata kulturali flimkien nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu li ġej fejn il-pubbliku Malti jista’ jżur żewg siti ta’ Heritage Malta, id-Domus Romana u l- Katakombi ta’ San Pawl, it-tnejn fir-Rabat, bla ħlas minn filgħodu sa wara nofsinhar u filgħaxija jżur il-Kon-Katidral,” qal Zammit. 

    Michael Pace Ross, rappreżentant tal-Kurja f’Malta faħħar il-mudell amministrattiv eżemplari ta’ kollaborazzjoni bejn l-istat u l-Knisja permezz tal-Fondazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0