Bosta jitolbu t-tkeċċija ta' barranin minn Malta... bosta kummenti dispreġġjattivi

  • Mar 13, 2018 15:32
  • Miktub minn iNews

    L-aħbar li żagħżugħ Bulgaru kien arrestat b'rabta mal-każ tas-Swieqi wasslet għal diversi kummenti dispreġjattivi fil-konfront tiegħu u tal-barranin b'mod ġenerali.

    F'kumment minnhom wieħed iħeġġeġ biex lil dawk li sejjaħ “żibel” inkeċċuhom 'il barra u sejjaħ lin-nies biex iqumu mir-raqda.

    Kien hemm daħħal fin-nofs lill-UE b'waħda irrimarkat “viva l-Ewropa li dħalna fiha” u sostniet li din iġġib “imbarazz u tilqit”.

    Oħra kitbet li hawn wisq żibel fis-soċjetà u rrimarkat li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar tikkonvinċi ruħha li l-pajjiż qed iħalli lill-barranin iżebilħuh.

    Waħda marret fl-estrem li saħansitra ħeġġet lill-awtoritajiet biex jittorturaw lill-Bulgaru sal-mewt jew ikeċċuh lura lil pajjiżu minflok inżommuh Malta fil-ħabs.

    Oħra qalet li kieku l-vittma kien binha kienet tqattgħu biċċiet u titfgħu fil-baħar ħalli jiekluh il-ħut waqt li għajjritu “miżbla”.

    Mara oħra iddeskrivitu bħala “demel ieħor” u ħeġġet lill-Gvern iwaddab lill-barranin 'il barra għax ġabuha mandra.

    Tfajla oħra wkoll iddeskrivitu demel u qalet li kieku għalija kellu jinqafel f'kamra mimlija ġrieden u jarmu ċ-ċavetta waqt li oħra żiedet li tagħmel l-istess ħaġa imma tħallih għarwien.

    Ieħor appella biex jagħtuh xebgħa njama u jgħaddu minn fuqu bi trakk taż-żibel b'mara oħra issuġġeriet li jitqatta' biċċa biċċa.

    Oħra kienet iktar ċara u diretta fejn ħeġġet lill-awtoritajiet ikeċċu lis-Serbi u lill-Bulgari waqt li raġel ieħor wissa li daqt il-barranin jinvadu lil Malta.

    Kawża ta' dan il-Bulgaru ddeċieda li jelimina l-profil tiegħu ta' Facebook.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0