Tifel ta' tliet snin isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

  • Mar 13, 2018 14:32
  • Miktub minn iNews

    Tifel Ġermaniż ta' tliet snin qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11.30 a.m safa involut f'inċident li seħħ ġewwa Triq Bordin kantuniera ma` Triq San Luqa, l-Imsida. 

    Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li it-tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura tal-għamla Isuzu D-Max li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Għargħur. 

    It-tifel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

    Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0