Nofsiegħa rilassat f'banju sħun tista' taħraq kaloriji daqs mixja ta' nofsiegħa

  • Mar 13, 2018 11:14
  • Miktub minn iNews
"

    Riċerkaturi barranin qegħdin jgħidu li li wieħed joqgħod jirrilassa u jistrieħ f’banju sħun jista’ jkun ta’ ġid għal saħħtek daqs mixja ta’ nofsiegħa.

    Xjentisti mill-Università ta’ Loughborough wettqu prova fuq 14-il raġel u dan meta bagħtuhom siegħa jduru fuq rota u wara bagħtuhom jieħdu siegħa banju f’ilma f’temperatura ta’ madwar 40 grad.

    Instab li permezz tar-rota l-irġiel ħarqu aktar kaloriji, iżda li t-tieni parti tal-prova tilfu madwar 130 kalorija oħra, bejn wieħed u ieħor kemm taħraq wara nofsiegħa timxi minħabba l-kambjament fit-temperatura tal-ġisem.

    Ix-Xjentisti aktar tard immoniterjaw iz-zokkor fid-demm tal-parteċipanti kollha għal 24 siegħa u skont il-websajt Travel and Leisure huma sabu li dan kien 10 fil-mija anqas meta ħarġu mill-banju meta mqabbla mad-dawra bir-rota.

    Ir-riċerka turi li s-sħana tnaqqas l-infjammazzjoni u dan il-metodu jintuża bħala trattament f’pajjiżi bħalma huwa l-Finlandja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0