Siġra “mejta” f’Ta’ Xbiex tinkwieta lir-residenti

  • Mar 13, 2018 10:24
  • Miktub minn iNews

    Wara li x-xahar li għadda Rumen tilef ħajtu traġikament wara li siġra waqgħet fuq il-vettura li kien qed isuq f’maltempata qalila li ħakmet lill-gżejjer Maltin, bosta saru aktar konxji tal-periklu minn siġar li ma jkollhomx bażi soda fil-ħamrija u għaldaqstant ikun hemm il-ħtieġa li jitneħħew.

    Siġra “mejta” li tinsab fil-kantuniera bejn Sawmill Street l-Imsida u Triq Kosbor Ta’ Xbiex, qed tnissel ċertu biża’ fost ir-residenti ta’ dawn l-inħawi, li qed jinkwetaw li jista’ jerġa’ jseħħ inċident ieħor simili fil-futur ġaladarba ma titteħidx l-azzjoni neċessarja u din ma titneħħiex minn fuq il-post. 

    Huma lmentaw ma’ L-ORIZZONT li madwar is-siġra, li għandha l-għeruq u z-zokk tagħha mmermrin, ma hemmx ħafna ħamrija. Għalhekk saħqu li s-siġra għandha tinqata’ u titneħħa biex ikun evitat kwalunkwe periklu bla bżonn.

    Fl-10 ta’ Frar li għadda, ir-Rumen Dan Udrea, li kellu 38 sena, tilef ħajtu wara li siġra waqgħet fuq il-vettura tat-tip Nissan, li huwa kien qed isuq, fi Triq Notabile, l-Imrieħel. Flimkien mar-raġel kien hemm mara ta’ 32 sena li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0