Awtopsja inkonklussiva... il-każ li qed jiżvolġi f'wieħed misterjuż

  • Mar 13, 2018 08:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bulgaru arrestat dwar il-mewt ta’ Zach Meli jinħeles fuq police bail; mill-ewwel eżamijiet tossikoloġiċi rriżulta li l-vittma kellu livell għoli ta’ alkoħol fid-demm tiegħu

    L-awtopsa li saret ilbieraħ filgħodu fuq il-katavru ta’ Zach Meli kienet waħda inkonklussiva bil-konsegwenza li l-Bulgaru li kien arrestat b’rabta mal-każ inħeles fuq police bail. Fl-istess waqt mill-ewwel eżamijiet tossikoloġiċi li saru fuq il-vittma, irriżulta li huwa kellu livell għoli ta’ alkoħol fid-demm tiegħu.

    Il-każ qed jiżvolġi f’wieħed misterjuż għax għalkemm ġie rrappurtat li l-vittma qala’ daqqa’ ta’ ponn ma jidhirx li nstabu ġrieħi viżibbli fuqu.

    Meli, li kellu 24 sena u kien joqgħod is-Swieqi, tilef ħajtu l-Ħadd li għadda fl-Isptar Mater Dei fejn iddaħħal f’kundizzjoni kritika wara li allegatament qala’ daqqa ta’ ponn f’Paceville. 

    Kien għall-ħabta tas-6.30 a.m. li l-Pulizija intalbet tintervjeni wara rapport li waslilha ta’ argument fi Triq Santu Wistin kantuniera ma’ Sqaq Santa Rita. 

    Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni kien f’uffiċċju fejn kumpanija li toffri servizz ta’ taxi meta nqala’ argument ma’ barrani li kompla barra sakemm Meli spiċċa mal-art. 

    B’rabta mal-mewt ta’ Zach Meli, Bulgaru ta’ 19-il sena, Denis Davkov kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija. 

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ kien hemm diversi għidut jekk il-Bulgaru kienx se jitressaq fil-Qorti sakemm il-Pulizija kkonfermat li minħabba li l-awtopsja kienet waħda inkonklussiva, kienet se teħilsu fuq police bail. 

    Waqt li kkonfermat li l-Bulgaru issa jinsab fuq police bail, il-Pulizija qalet fi stqarrija li se jkunu qed isiru iktar testijiet biex tiġi stabbilita r-raġuni tal-mewt taż-żagħżugħ mis-Swieqi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0