Ministru jgħid li l-kriminalità f'Paceville naqset

  • Mar 12, 2018 20:52
  • Miktub minn iNews
"

    Jum wara l-mewt misterjuża ta' Zach Meli, il-Parlament iddiskuta s-sitwazzjoni f'Paceville bil-Ministru tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali Michael Farrugia jinsisti li l-kriminalità fil-post fl-aħħar snin naqset.

    Kien id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, fin-nuqqas tal-Prim Ministru Joseph Muscat li jinsab imsiefer fuq xogħol tal-Commonwealth, li għamel stqarrija ministerjali dwar il-każ taż-żagħżugħ li miet fl-Isptar Mater Dei wara li allegatament ingħata daqqa ta' ponn f'Paceville.

    Għalkemm l-awtopsja kienet inkonklussiva u l-Bulgaru arrestat dwar il-każ inħeles mill-arrest, Fearne sostna fil-Parlament li wara diskussjoni mal-Prim Ministru l-Gvern xtaq jaġġorna lill-Kamra tar-Rappreżentanti dwar il-każ.

    Huwa qal li l-istorja tħalli diversi mistoqsijiet suġġetti għal investigazzjoni u inkjesta maġisterjali waqt li wissa li l-agħar ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nagħġlu u nimxu max-xniegħat u mhux mal-fatti.

    Waqt li rrefera għall-fatt li l-awtopsja kienet inkonklussiva u għad baqa' testijiet xi jsiru, Fearne sostna li rridu nistennew ir-rapport formali dwar dan il-każ u appella biex ma jkunx hemm spekulazzjonijiet.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li huma ma kienux se jippruvaw jieħdu gwadann politiku minn dan il-każ imma esprima t-tħassib tiegħu għall-kriminalità f'Paceville.

    Huwa saħaq li din qed tgħolli rasha u ħafna ġenituri jinsabu beżgħana meta joħorġu wliedhom waqt li ħeġġeġ lill-Gvern biex juża r-riżorsi kollha li għandu biex il-kriminalità tkun kontrollata u talbu jinvesti aktar fil-pulizija.

    Fost id-deputati Nazzjonalisti li qamu jitkellmu kien hemm Beppe Fenech Adami li semma kif nhar is-Sibt mar jiġbor lil wieħed minn uliedu minn Paceville u ħlief toroq magħluqin, imwejjed f'nofs it-triq, tfal taħt l-eta fis-sakra u kulħadd ipejjep bl-addoċċ ma rax waqt li appella lill-Gven biex iqum minn hemm.

    Anke l-eks-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li wliedu jmorru Paceville u staqsa kemm qed ikun hemm pulizija fil-post waqt li Mario de Marco sostna li l-kriminalità f'Paceville żdiedet.

    Fir-risposta tiegħu, id-Deputat Prim Ministru semma kif matul is-snin il-każijiet kriminali naqsu minn 3,051 fl-2012 għal 1,810 fl-2017.

    Min-naħa tiegħu, il-Ministru Farrugia ikkonferma tdin l-istatistika u  sostna li meta tqis iż-żieda konsiderevoli fil-barranin li jiġu Malta biex jaħdmu jew bħala turisti l-kriminalità naqset anke jekk bi ftit.

    Huwa semma kif bejn l-2012 u l-2017 kien hemm tnaqqis konsiderevoli fir-reati kriminali serji u sostna li fis-snin 2016 u 2017 l-uniċi reati li żdiedu kienu t-traffikar tad-droga u tal-persuni.

    Il-Ministru Farrugia nsista li fl-aħħar sentejn żdied in-numru ta' pulizija f'Paceville u issa hemm madwar 12 matul il-ġimgħa li jitilgħu għal 25 is-Sibt u 20 il-Ħadd waqt li magħhom jiżdiedu pulzija mill-RIU.

    Huwa żied li l-Gvern se jirrevedi l-Korp tal-Pulizija biex mhux biss ikunu kapaċi jsolvu l-każijiet kriminali imma kemm jista' jkun anke jevitaw milli jseħħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0