Jott li jiswa €75 miljun “arrestat” f'Malta

  • Mar 12, 2018 19:56
  • Miktub minn iNews

    Kull min riċentament kien fl-inħawi tal-Port il-Kbir, partikolarment ħdejn il-Forti Sant'Anġlu, seta jinnota jott lussuż sorġut max-xatt.

    Bosta ġiethom il-kurżita ta' min kien dan is-'super yacht' u fuq il-kumditajiet li seta' jkun fih.

    Issa qed jirriżulta li, kif jgħid il-Malti, mhux kullma jleqq hu deheb u l-jott jinsab f'nofs battalja legali minħabba li l-baħrin abbord mhux jitħallsu tas-servizz li qed jagħtu lill-biljunarju.

    L-“Indian Empress” huwa proprjeta tal-biljunarju Indjan Vijay Mallya li qed jiġi mfittex f'pajjiżi fuq akkużi ta' frodi u ħasil ta' flus.

    Wara diversi xhur fejn ma ħallasx lill-baħrin li għandu fuq il-jott, madwar 40 b'kollox, dawn fetħu ħadu passi legali permezz ta' għaqdiet li jiddefendu d-drittijiet tal-baħrin.

    Bis-saħħa ta' din il-ħidma l-jott ġie “arrestat” u ma jistax jitlaq minn Malta qabel mas-sid ta' 62 sena jħallas dak dovut lill-ħaddiema.

    Huwa rrappurtat li s-sid Indjan għandu jagħti madwar €800,000 lill-impjegati li jaħdmu fuq dan is'super yacht' twil 95 metru.

    Danny McGowan, rappreżentant tan-Nautilus International li qed tirrappreżenta lill-ħaddiema, sostna li l-baħrin abbord taw lil Mallya diversi ċansijiet biex iħallashom tal-pagi imma huwa baqa' jinjorahom u għalhekk ma kienx baqalhom triq oħra ħlief li jieħdu l-każ fil-Qorti.

    L-għaqda wżat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ix-Xogħol Marittimu  biex tassigura li tirkupra madwar €480,000 fi ħlasijiet dovuti lill-ħaddiema għal perjodu ta' erba' xhur.

    Fost il-baħrin hemm Indjani, Brittaniċi u mil-Lvant tal-Ewropa b'Charles Boyle, direttur tal-uffiċċju legali tan-Nautilus International, kien kwotat jgħid li għalkemm f'għajnejn in-nies il-ħajja fuq jott tidher lussuża anke għall-baħrin ir-realta hija li dawn jistgħu jispiċċaw iżolati u abbużati.

    Il-jott, reġistrat fl-Isle-of-Man, se jibqa' miżmum f'Malta sakemm il-baħrin jitħallsu l-pagi dovuti.

    Mallya xtara l-jott fl-2006 u huwa stmat li nefaq fuqu madwar €5 miljun biex jirranġah.

    Il-jott għandu 17-il kabina u fost oħrajn fih gym, sauna, ċinema għal 15-il persuna u pjanu li kien jintuża mill-kantant Elton John.

    L-assi internazzjonali tal-biljunarju Indjan se jibqgħu iffriżati u x-xahar I għadda l-Qorti Ingliża, li fiha nfetħet il-kawża peress li l-Isle-Of-Man taqa' fil-ġurisdizzjoni tagħha, tatu permess jonfoq sa £18,325 fil-ġimgħa biex ikollu biex jgħix.

    Il-Gvern Indjan ukoll fetaħ kawża għall-estradizzjoni tiegħu li se tkompli matul dan ix-xahar u mistennija tiġi deċiża f'Mejju li ġej.

    In-negozjant Indjan kien arrestat u qed jiffaċċja akkużi dwar frodi u ħasil ta' flus f'pajjiżu.

    Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest u bħalissa qed jgħix ġo villa tiswa €12 miljun fil-villaġġ ta' Tewin li jinsab madwar 20 kilometru fit-Tramuntana ta' Londra.

    Mallya kien magħruf għall-imperu fin-negozju u l-isport fosthom il-birra u l-linja tal-ajru fejn kellu żewġ kumpaniji li jġibu l-istess isem, Kingfisher.

    Huwa wkoll wieħed mis-sidien tat-tim tal-Formula 1, Force India, fejn hemm qed jiġi akkużat li għamel użu minn ħasil ta' flus biex jiffinanzja lit-tim.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0